What is Peace?

X’INHI L-PAĊI?

“Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd”

Fiż-żminijiet tal-lum jenħtieġ li nibnu pontijiet bejn in-nies u nxerrdu l-imħabba minflok il-mibegħda għal kawża akbar, li kulħadd iħobb u jgħożż, u dik hija l-paċi. Imma x’inhi l-paċi? Xi tfisser din il-kelma tant sabiħa li nisimgħu ta’ spiss nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment?

Naħseb li ħafna nies jagħmlu żball kull meta xi ħadd jitkellem dwar il-paċi, għax huma jsostnu li m’għandniex bżonn nitkellmu dwar il-paċi għax m’hemm l-ebda gwerra jew kunflitt f’pajjiżna jew fir-reġjun tagħna. Jew jgħidu li ngħixu fi żmien modern fejn nistgħu nkejlu dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. Allura għaliex għandna niffukaw fuq dan is-suġġett?

Skont il-fehma tiegħi, il-paċi mhix biss in-nuqqas ta’ gwerra jew kunflitt. Il-paċi hija xi ħaġa ikbar minn hekk, xi ħaġa siewja ħafna; il-paċi hija valur mill-isbaħ.

Il-paċi tfisser sodisfazzjon, sodisfazzjon tal-qalb u serħan tal-moħħ. Il-paċi hija atmosfera fejn in-nies jistgħu jikkompetu ma’ xulxin, fejn in-nies jistgħu jirnexxu, fejn in-nies għandhom il-libertajiet kollha tagħhom u jgawdu ħajjithom kemm jista’ jkun. Atmosfera fejn hemm is-saltna tad-dritt, fejn in-nies jistgħu jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom.

Fejn kulħadd għandu l-bżonnijiet bażiċi bħall-ikel, ilma, kenn, edukazzjoni, kura tas-saħħa u ambjent ta’ għajxien diċenti.

Atmosfera ta’ libertà tar-reliġjon. Atmosfera fejn in-nies jistgħu jemmnu b’libertà sħiħa r-reliġjon tal-għażla naturali tagħhom. Fejn huma jistgħu jipprattikaw u jipprietkaw il-fidi tagħhom, mingħajr ebda biża’.

Il-paċi hija meta n-nies huma kapaċi jsolvu l-kunflitti tagħhom mingħajr vjolenza u jistgħu jaħdmu flimkien biex itejbu l-kwalità tal-ħajja.

Il-paċi tfisser li kull wieħed għandu opportunità ugwali biex jaħdem u jaqla’ l-għajxien mingħajr ebda diskriminazzjoni jew favur.

Il-paċi hija ambjent fejn kulħadd huwa ugwali quddiem il-liġi. Fejn kulħadd jgħix fis-sigurtà, mingħajr biża’ jew theddid ta’ vjolenza. Fejn in-nies jgħixu fi djar mimlijin bl-imħabba u s-serenità. Fejn il-vjolenza mhix ittollerata. Fejn il-bullying u l-vjolenza domestika huma meqjusa bħala theddida għal soċjetà trankwilla.

Fejn kulħadd igawdi rispett, dinjità, imħabba u kompassjoni. Fejn il-ħajja tal-bniedem tkun xi ħaġa l-iktar importanti. Fejn il-foqra jingħataw għajnuna bir-rispett biex jieqfu fuq saqajhom. Din hija l-paċi. Jiġifieri s-soċjetà mibnija fuq il-valuri tal-imħabba u l-kompassjoni, fejn m’hemmx post għall-mibegħda u l-vjolenza.

Il-motto tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana jiddeskrivi l-paċi fil-qosor, u dan huwa: “Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd”.

Imma għaliex il-paċi qed tiġi mhedda? Naħseb, il-paċi qed tkun mhedda minħabba l-fatt li n-nies ma jemmnux bis-sħiħ fil-Ħallieq. Fil-Koran Imqaddes insibu wieħed mill-attributi ta’ Alla li huwa “As-Salam” (59:24). Jiġifieri, Alla huwa s-Sors tal-Paċi. Li titbiegħed mis-sors veru ta’ paċi, fis-sens li ma temminx f’Alla, hija waħda mill-ikbar ostakli fit-twaqqif tal-paċi. Hawn ħafna tbatija fid-dinja għax lil Alla nsejnieh. In-nies insew il-kreatur tagħhom. In-nies saru materjalistiċi. Il-valuri veri huma taħt theddida. Il-flus ingħataw preċedent fuq l-affarijiet l-oħra kollha, fuq il-valuri, u l-morali.

Iċ-ċaħda tad-drittijiet umani hija wkoll waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas tal-paċi, kif ukoll in-nuqqas ta’ ġustizzja u ugwaljanza. Jekk m’hemmx ġustizzja, tagħmel x’tagħmel, il-paċi ma tistax tiġi stabbilita.

Kif nistgħu niksbu l-paċi? Kif nistgħu nistabbilixxu l-paċi vera fid-dinja? Naħseb li nistgħu niksbu paċi vera permezz tat-twemmin f’Alla. Alla jgħid fil-Koran Imqaddes: “Huwa fit-tifkira ta’ Alla li l-qlub jistgħu jsibu kumdità u paċi.” (13:29)

It-tieni, permezz tal-imħabba ġenwina għall-umanità. Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya jiddikjara: “Hemm żewġ komponenti biss ta’ reliġjon: waħda hija l-imħabba sħiħa lejn Alla u l-oħra hija li wieħed tant għandu jħobb l-umanità li wieħed għandu jaħseb li d-diffikultajiet tagħhom isiru kompletament tal-individwu.”

Fil-qosor, it-tnejn iridu jimxu paralleli ma’ xulxin jiġifieri li l-qima lejn Alla u l-mogħdrija mal-ħolqien ma jistgħux jinfirdu minn xulxin. Jekk aħna nimxu fuq dawn il-prinċipji fundamentali nistgħu niksbu l-paċi vera.

Source/Credit: It-Torca, Sunday, 3 January 2021. By Imam Laiq Ahmed Atif, President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, amjmalta@gmail.com

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in #AhmadiyyaMalta, Ahmadiyya: The True Islam, Peace, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.