Gratitude

Il-Gratitudni

______ The Holy Quran ______

Jekk tkunu grati, jekk tiżżu ħajr (ta’ kulma għamilt magħkom, u tajtkom), tabilħaqq inżidkom fil-barkiet, u żgur li nagħtikom aktar favuri. (14:8)

Ikun xi jkun il-ġid li jagħmlu, ma jiġux miċħuda l-premju dovut. Alla jaf sew lil dawk li huma konxji tad-dmir tagħhom lejh. (3:116)

Sabiex Alla jagħtihom il-premjijiet sħaħ tagħhom, u saħansitra jżidhom mill-għotja u t-tjieba Tiegħu. Huwa tabilħaqq li l-Aktar Jaħfer, u l-Aktar Japprezza. (35:31)

______ Sayings of the Holy Prophet Muhammadsa ______

Ħażrat Mughirara jirrakkonta, “Il-Qaddis Profeta Muħammadsa kien jitlob għal żmien twil tant li saqajh u riġlejh ikunu għajjien. Ladarba ġie mistoqsi għaliex joffri tant talb b’tant uġigħ u tbatija, hu wieġeb, ‘M’għandix inkun qaddej grat ta’ Alla l-Ħanin?’” (Sahih al-Bukhari, Hadith 1130)

“Ħares lejn dawk li huma iktar baxxi minnek (jiġifieri dawk li għandhom inqas riżorsi minn dawk li għandek), imma tħarisx lejn dawk li huma ’l fuq minnek (jiġifieri dawk li għandhom iktar ġid minnek), ħalli ma tnaqqasx il-favuri u l-barkiet li Alla tana.” (Sahih Muslim, Hadith 2963c)

Il-gratitudni hija virtù mill-isbaħ. Li tkun grat u li tesprimi l-gratitudni u l-ħajr lill-oħrajn hija waħda mill-isbaħ valuri morali li jeżistu. Il-bniedem jista’ jesprimi l-gratitudni lil Alla u anke lill-bnedmin sħabu. Kemm jekk persuna tirringrazzja lil Alla li Jista’ Kollox jew lill-qaddejja Tiegħu, il-bnedmin, fiż-żewġ każijiet hija manifestazzjoni ta’ karattru għoli u l-aħjar valur uman.

Filwaqt li rrikonoxxa li ħadd qatt ma seta’ jħallas lura l-barkiet infiniti mogħtija lill-umanità, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, bħal qaddej veru ta’ Alla, dejjem kien jesprimi gratitudni immensa lejn Alla li Jista’ Kollox. Barra minn hekk, sens ta’ gratitudni lejn Alla li Jista’ Kollox iqum ukoll f’persuna meta josserva l-istat tal-inqas ixxurtjati tas-soċjetà u dejjem ikun lest li jgħinhom.

Unknown's avatar

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, morality, Morals and tagged , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.