
Siru l-ħbieb ta’ Alla
Alla huwa Qaddis u jħobb il-qdusija, il-fedeltà, is-sinċerità u t-tjubija ta’ qalbna. Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana jispjega dan u jgħid:
“Kull għajn impura tibqa’ mbiegħda minn Alla. Kull qalb impura tibqa’ ma tagħrfux. Bl-aktar sinċerità profonda tal-qalb, b’saħħa u mħabba soda, siru l-ħbieb ta’ Alla, biex Hu wkoll isir ħabib tagħkom. Jekk f’xi rokna ta’ qalbkom hemm il-kburija, il-pretensjoni vojta, l-ipokresija, il-vanità, l-egoiżmu, jew dispożizzjoni mnellħa, intom ma tkunu tiswew xejn quddiem il-Mulej.
Ibqgħu ibżgħu mis-saħta ta’ Alla, għaliex Huwa Qaddis. Wieħed li jwettaq il-ħażin ma jistax ikun qrib Tiegħu. Agħmlu l-għemejjel tajbin kollha b’mod tajjeb u xierqa li jistħoqqilhom. Kunu ċerti ħafna u ħafna li l-ebda azzjoni, tkun xi tkun, ma tista’ teħodkom għand Alla jekk tkun nieqsa mill-ġustizzja, il-pjetà u s-safa tal-qalb.
Wara li tkunu saffejtu lil qlubkom, u ppurifikajtu lsienkom, għajnejkom u widnejkom, ersqu lejn Alla sabiex Hu jaċċettakom.” (Il-Messija Mwiegħedas)