Euthanasia and the Sanctity of Human Life

L-Ewtanasja Assistita…

“L-Iżlam ma jaqbilx… għax japprezza l-qdusija tal-ħajja fuq kollox” – Imam Laiq Ahmed Atif, President ta’ Ahmadiyya Muslim Jamaat

It-Torċa, 18.05.2025 | Carmen Cachia

“L-ewwel nett, l-Iżlam ma jaqbilx mal-kunċett tal-ewtanasja. Dan għax l-Iżlam japprezza l-qdusija tal-ħajja fuq kollox. L-Iżam japprezza tassew id-dinjità u l-qdusija tal-ħajja. Barra minn hekk Alla jgħid fil-Koran Imqaddes (10:57) li: Alla jagħti l-ħajja u Alla jagħti l-mewt u għandu nerġgħu lura. Għalhekk, ħadd ma għandu dritt li jieħu l-ħajja ta’ xi ħadd, għal kwalunkwe raġuni.

Iva, nifhmu l-argument tat-tbatija u l-uġigħ tal-bniedem imma hemm ukoll Alla li jagħtina l-aħbar it-tajba. L-ewwel Alla ma jpoġġix piż iktar milli tiflaħ u t-tieni l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, kien qal li meta l-bniedem jgħaddi minn xi tbatija, sofferenza u wġigħ, Alla jaħfer id-dnubijiet tiegħu u jippremjah b’mod diferenti biex l-ispirtu, li huwa r-ruħ tal-bniedem, ikun mill-aħjar.

Jekk se nibdew xi ħaġa, allura fejn se nispiċċaw? Dan il-ftuħ tat-tieqa se jikkonverti fl-bieb u mbagħad fl-bieb beraħ. Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li, ‘ebda fdil ma jkun milqut minn xi ħsara u wġigħ ħlief li Alla se jneħħi dnubietu hekk kif il-weraq tas-siġra jaqgħu’. Jiġiferi, l-ebda fidil ma jkun milqut minn xi ħsara matul iż-żminijiet ta’ tbatija peress li huma ppremjati meta jibqgħu sodi u Alla jaħfrilhom dnubiethom.

“Jekk se nibdew xi ħaġa, allura fejn se nispiċċaw? Dan il-ftuħ tat-tieqa se jikkonverti fl-bieb u mbagħad fl-bieb beraħ.” — Imam Laiq Ahmed Atif

Barra minn hekk, jekk ma jkunx hemm tbatija, kif nistgħu nifhmu l-filosofija u l-importanza tal-kuntentizza u l-hena? Jekk ma jkunx hemm dlam, kif nistgħu nifhmu x’inhu d-dawl? Iljieli mudlama, jagħtuna l-fehim tal-jiem imdawlin.

It-tbatija hija importanti għax tgħallimna l-virtujiet u l-valuri bhall-ħniena, il-kompassjoni, l-imħabba u l-mogħdrija lejn ix-xulxin. Għalhekk, minflokk li neħħu l-ħajja, għandna nitgħallmu kif nistgħu nsiru ġentili u ħanina.”

Unknown's avatar

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Article, Interviews and tagged . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.