Photo: Barabasa/Shutterstock.com
Is-sofferenzi tal-ġenerazzjonijiet il-kbar
Darba, wieħed tfajjel osserva, b’ħafna dwejjaq u wġigħ, it-trattament ħażin ta’ nannuh mill-istess idejn ta’ missieru. Dan ġie mċaqlaq bil-mod il-mod minn kamra tas-sodda komda u mgħammra b’kollox għal spazju iċken u inqas konvenjenti sakemm fl-aħħar spiċċa fil-kwartieri tal-qaddejja.
Matul xitwa li kienet ħarxa żżejjed, in-nannu lmenta li kamartu kienet kiesħa wisq u li l-kutra ma kinitx ħoxna biżżejjed biex iżżommu sħun u konfortabbli. Il-missier beda jfittex għal kutra oħra qalb qatta biċċiet qodma u bla użu. Meta ra dan, it-tifel dar fuq missieru u qallu: “Tagħtix il-biċċiet kollha lin-nannu, ħalli ftit għalija ħalli nkun nista’ nagħtihomlok meta tixjieħ inti.”
Din l-espressjoni innoċenti tad-dispjaċir tat-tfajjel turi s-sofferenzi tal-ġenerazzjonijiet il-kbar fiż-żminijiet tal-lum.