Gratitude and Deep Affection

Image: PeopleImages/Shutterstock.com

Il-gratitudni u l-imħabba profonda

Kien hemm persuna qaddisa u tassew devota. Darba kien bilqiegħda ma’ niesu, mad-dixxipli tiegħu, u jitkellmu dwar xi suġġett importanti. Sadanittant, waslet qoffa mimlija ħelu. Il-qoffa ġiet ippreżentata lilu, huwa qassam il-ħelu kollu bejn kulħadd u ħa waħda hu stess. Id-dixxipli kielu l-ħelu malajr b’żelu kbir. Il-ħelu kollu spiċċa u l-qoffa saret vojta, iżda, dan il-bniedem twajjeb żamm il-ħelwa tiegħu f’idejh u beda jikolha biċċa biċċa, ħarira ħarira. Wara kull biċċa li kien jiekol, kien jintilef fil-ħsibijiet profondi.

Dan ma jfissirx li kulħadd jiekol hekk kull darba, iżda xi kultant xi stati speċjali ta’ konnessjoni ma’ Alla jġiegħlu persuna li tiekol b’tali mod li dan ukoll isir pjaċevoli; u hemm tgawdija speċjali.

Allura d-dixxiplu qal, kilna l-ħelu, ħadna gost bih, u int bilqiegħda żżomm waħda biss. Qed tiekol kull qamħ, x’qed jiġri? Allura dan il-bniedem twajjeb qal, meta niekol qed naħseb fl-istess ħin dan il-ħelu kif sar u kif wasal għandna. Anke naħseb dwar il-proċess sħiħ li, id-dqiq li użat fih, kif kien isir? Kont naħseb li ċertu sid ta’ art xi mkien qam kmieni filgħodu waqt li d-dinja kienet għadha tistrieħ. Kienet ix-xitwa jew is-sajf? Dak il-bidwi ħa l-għodda tal-biedja tiegħu u telaq lejn l-għelieqi, ħarat hemm, kabbar il-qamħ u mbagħad il-qamħ kien lest u sar dqiq li ntuża f’dan il-ħelu. Waqt li kien qed jaħdem, ma kienx jaf għaliex Alla li Jista’ Kollox kien qed jeħodlu dan ix-xogħol. Ma kienx jaf li qamħa mill-frott ta’ dan ix-xogħol iebes kienet se tispiċċa f’ħalqi.

Imbagħad ħsibt dwar il-għodod li wħud minnhom kienu magħmula mill-injam u l-ħadid, u anke l-barrin żgur li ġew minn xi mkien. Anke dawn inħadmu. Allura qablu kien hemm mastrudaxxa li kien qed jaħdem u qata’ l-injam apposta u mbagħad ħsibt li, żgur li kien hemm xi ħadd li mar fil-foresta biex jaqta’ l-injam. Imbagħad bdejt naħseb dwar il-foresta, kemm kienet tkun ’il bogħod il-foresta u kemm kien ikun diffiċli biex taqta’ l-injam.

Qal li qamħa waħda li kilt spiċċat, iżda, dan is-suġġett u l-vjaġġ kollu ta’ dan il-ħelu kien għadu għaddej imbagħad qamħ ieħor imbagħad qamħ ieħor u b’dan il-mod is-suġġett baqa’ joħroġ mis-suġġett.

Wara d-dqiq, kien hemm bżonn taż-żejt, iz-zokkor, imbagħad il-borma li fiha l-ħelu kien ippreparat u msajjar, imbagħad is-sistema ta’ kummerċ li permezz tagħha l-affarijiet kienu jinbiegħu u jaslu għand il-ħanut u mbagħad jasal għand il-konsumaturi.

Dan is-suġġett u l-filosofija marbuta miegħu kien bla limitu, bla tmiem. Il-ferħ u l-kuntentizza li ħassejt meta rriflettejt fil-fond fuq is-sbuħija u l-barkiet ta’ Alla kien ferm akbar mill-pjaċir li niekol dik il-ħelwa. Meta l-pjaċir ta’ xi ħaġa sempliċi daqs ħelwa jsir mezz biex niftakru f’Alla, minnha jitwieled ferħ tassew meraviljuż u profond.

Unknown's avatar

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.