The concept of sin and forgiveness

Il-kunċett tad-dnub u l-maħfra

Imam Laiq Ahmed Atif |il-Leħen 24.12.2023 | Malta – amjmalta@gmail.com

Id-dnub huwa mard spiritwali, jiġifieri meta l-bniedem jeħodha kontra t-tagħlim ta’ Alla, dan huwa d-dnub. Fil-fatt, id-dnub huwa n-nuqqas ta’ tjubija, kif id-dlam huwa n-nuqqas ta’ dawl.

Huwa minnu li l-bniedem mhux perfett u jagħmel l-iżbalji f’ħajtu. Xi drabi, meta jiżdied il-piż tal-ħażen u tad-dnub, il-bniedem jaħseb li issa se jingħalqu għalih il-bibien kollha tal-maħfra. Bniedem bħal dan jaħseb li m’hemm l-ebda mod għall-fejqan spiritwali, u m’hemmx għażla għat-trasformazzjoni tiegħu.

Alla ddikjara b’leħen qawwi u ċar lil dawn in-nies li Sidhom huwa Ħanin u l-Aktar li Jaħfer. Il-Koran Imqaddes jitfa’ dawl b’mod komprensiv fuq dan is-suġġett u jiftaħ il-bibien wesgħin lejn it-trasformazzjoni spiritwali u l-fejqan tar-ruħ, permezz tal-indiema u t-tfittxija tal-maħfra.

Taqtax qalbek

Alla jgħid fil-Koran Imqaddes li, “Issirx bla tama mill-ħniena ta’ Alla; għax ħadd ma jitlef tama mill-ħniena ta’ Alla ħlief dak li ma jemminx.” (12:88)

F’vers ieħor Alla jgħid lill-bnedmin Tiegħu biex ma jaqtgħux qalbhom għax dejjem jistgħu jsibu l-ħniena mingħand Sidhom u jgħid: “Għid, ‘O qaddejja Tiegħi li wettqu eċċessi kontra ruħhom stess! Taqtgħux qalbkom mill-ħniena ta’ Alla, żgur Alla jaħfer id-dnubiet kollha. Tassew Hu l-Aktar li Jaħfer u l-Ħanin.’” (39:54)

Il-mard u r-rimedju

Dan il-kunċett dwar il-maħfra ġie elaborat aktar mill-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, li qal: “Għal kull marda hemm rimedju, ħlief il-mewt.”

Dan ifisser li, barra mill-mewt, hemm rimedju għal kull marda, kemm fiżiku kif ukoll spiritwali. Għax dan huwa l-fatt li bniedem li jitwieled, żgur li xi darba jmut, kif Alla jgħid fil-Koran Imqaddes li, “Kulħadd għandu jbati l-mewt” (3:186). Għax il-mewt hija realtà u m’hemmx ħarba minnha. Imma d-dnub huwa mard spiritwali kif il-bniedem ibati minn mard fiżiku.

Il-mard fiżiku u spiritwali

Kif il-mard fiżiku jista’ jitfejjaq bl-istess mod il-mard spiritwali huwa wkoll suġġett  għall-fejqan, jekk persuna ddur tassew u bil-qalb kollha lejn Sidha biex tfittex il-ħniena u l-maħfra Tiegħu. Jekk bniedem verament jixtieq u jistinka għall-maħfra, żgur se jsib il-bibien kollha tal-maħfra miftuħa beraħ.

Persuna midinba ħafna u l-maħfra

Darba l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, kien qed jitkellem dwar il-maħfra u  qal: “Darba waħda kien hemm raġel li kien dineb ħafna kontra tiegħu nnifsu. Meta kien wasal biex imut, qal lil uliedu: ‘Meta mmut, aħarquni u isħquni sa ma ġismi jsir trab. Imbagħad xerrduni fir-riħ, fil-baħar. Naħlef fuq Alla li jekk Alla jaqbadni, żgur jagħtini kastig li ma ta lil ħadd ieħor qabel.’”

Imbagħad il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li wlied dak ir-raġel għamlu kif qalilhom, iżda Alla ordna lill-art: “Rodd lura (il-fdalijiet kollha ta’ ġisem dak ir-raġel) li ħadt!”

B’hekk dak ir-raġel inġieb quddiem Alla. Alla staqsieh: “X’ġiegħlek tagħmel hekk? Għaliex għamilt hekk?” Wieġbu: “Il-biża’ kbir minnek ġagħalni nagħmel hekk, ja Mulej, għax għamilt ħafna ħażen f’ħajti u kont persuna midinba ħafna, għalhekk, kont nibża’ minnek li se tagħtini l-kastig u ma stajtx niffaċċjak, għalhekk għedt lil uliedi biex jaħarquni sabiex xejn ma jibqa’ minni.” Meta Alla sema’ dan li dak il-bniedem kien skuża ruħu għal dak kollu li għamel, Alla li tassew Hu l-Aktar li Jaħfer u l-Ħanin, ħafirlu.

Dan juri biċ-ċar li jekk verament bniedem jixtieq il-maħfra u tassew jibża’ minn Alla,  żgur se jsib il-maħfra u l-ħniena.

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , , , , , , , , , , , , | Leave a comment

Muslim Community visits St Vincent De Paul

The Ahmadiyya Muslim Community visits the Elderly at St Vincent De Paul

In these festive days, when many people are occupied with buying clothes and gifts for them and their families, the Ahmadiyya Muslim Community Malta thought of the elderly to extend festive greetings and to present gift hampers to the residents of Saint Vincent De Paul, a long-term care facility. The Ahmadiyya Muslim Community, who always believes in their motto “Love for All, Hatred for None”, visited the Saint Vincent De Paul care facility and they met with the residents and presented them with festive hampers and wished them happy holidays.

The staff members welcomed the gesture of the Ahmadiyya Muslim Community and briefed them about the services that are being offered to the residents.

The Imam chats with one of the residents at St Vincent De Paul

On this occasion, Imam Laiq Ahmed Atif, President of the Ahmadiyya Muslim Community Malta, thanked for this opportunity and said that, the elderly persons are an integral part of society, they are our parents, and therefore it is important to take care of them, as they took care of us when we were children. They have always been an effective support for us in moments of challenges. We must take a good care of them and be always grateful to them, for everything that they have given us. The Holy Prophet Muhammad, peace be on him, said that: “One who is not grateful to people is not grateful to God either.”

In addition, it is extremely important that we regularly meet our parents and elderly, spend time with them, say kind and gentle words to them and show them love and compassion. Because: ‘the legs go where the heart is’. Indeed, this is a wonder way to make these holidays really memorable for us, our families and for all our loved ones. talk.mtNewsbookTimes of Malta

Posted in Ahmadiyya: The True Islam, Humanity First, Serving Humanity, Serving Mankind, Solidarijetà | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

A visit of love and solidarity

L-IMAM FI ŻJARA FIĊ-ĊENTRU TERAPEWTIKU TA’ SAN BLAS

Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Ahmadiyya Musulmana għal darb’oħra wrew ġest ta’ solidarjetà u mħabba lejn residenti li bħalissa qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni fi ħdan iċ-ċentri terapewtiċi ta’ Caritas Malta.

Is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2023, Imam Atif flimkien ma’ rappreżentanti tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, qattgħu sagħtejn mar-residenti tal-Male shelter, kif ukoll fil-programm terapewtiku għall-irġiel u għan-nisa f’San Blas. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana qassmu rigali f’dawn il-ġranet ta’ festi lil kull resident. Twasslu wkoll rigali għall-programm terapewtiku tal-Prison Inmates Programme, Dar Charles Miceli u għaċ-ċentru terapewtiku tal-Ibwar.

Matul din iż-żjara, ir-residenti tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fil-vjaġġ ta’ rkupru u l-Imam Atif kompla bi kliem inkorraġġanti u ta’ tama għalihom. Faħħar l-isforz kollu tagħhom f’dan iż-żmien li qed jagħmlu u inkorraġġihom biex ma jitilfux it-tama u qatt m’għandhom jaqtgħu qalbhom, u jagħmlu iktar sforz jekk isibu din il-ġirja ftit diffiċli. Saħaq li xejn mhu impossibbli meta jkun hemm rieda u determinazzjoni qawwija. Dawn l-isfidi jsiru aktar faċli u fattibbli bit-talb u r-relazzjoni mill-qrib ma’ Alla l-Ħanin.

Il-koordinatur ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni fi ħdan Caritas Malta, is-Sur Ian Diacono, akkumpanja lil Iman Atif matul din iż-żjara. Esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħbiberija li żviluppat bejn il-Komunità Ahmadiyya Musulmana u Caritas Malta u wkoll irrikonoxxa s-sapport li din il-Komunità tagħti lil Caritas matul is-sena. B’apprezzament irrikonoxxa li din hija s-seba’ sena ta’ żjara tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana.

Ir-residenti wkoll urew l-apprezzament tagħhom għar-rigali li rċevew u anki esprimew kemm tfisser għalihom żjara bħal din, u messaġġ ta’ kuraġġ, imħabba u solidarjetà.

Huwa spjega li  l-Komunità Ahmadiyya Musulmana dejjem temmen u tippromwovi l-valur tal-paċi u l-għaqda bejn l-umani kollha, u tipprattika l-motto tagħha, “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd.” Newsbook.com.mt - NetNewsOneNewsCaritas Malta

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta | Tagged , , , , , , , , , , , , | Leave a comment

Solidarity and Friendship

Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Ahmadiyya Musulmana li dejjem jemmnu, jippromwovu u jipprattikaw il-motto tagħhom, “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”, għal darb’oħra wrew ġest ta’ solidarjetà u mħabba lejn residenti li bħalissa qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni fi ħdan iċ-ċentru ta’ Servizzi ta’ Riabilitazzjoni Residenzjali f’ħdan ‘Il-Komunità Santa Marija – Sedqa Malta’.

Id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Aġenzija Sedqa, Sur Charles Scerri, spejga fid-dettal is-servizzi li toffri l-Fondazzjoni ​(FSWS​), huwa, esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħbiberija li żviluppat bejn il-Komunità Ahmadiyya Musulmana u l-FSWS għal dawn l-aħħar snin.

Imam Atif flimkien ma’ rappreżentanti tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, qattgħu ħin mar-residenti tal-Komunità Santa Marija, f’Ħal-Luqa. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana qassmu rigali f’dawn il-ġranet ta’ festi lil kull resident. Inġibu rigali wkoll għal ċentri u djar oħrajn f’ħdan ‘Sedqa’.

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, www.ahmadija.org.mt | Tagged , , , , | Leave a comment

Love for All, Hatred for None

IMĦABBA GĦAL KULĦADD

Imam Laiq Ahmed Atif | In-Nazzjon 16 ta’ Diċembru 2023 |amjmalta@gmail.com

“Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd” huwa motto sempliċi iżda profond, razzjonali u rivoluzzjonarju tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana. Dan il-prinċipju sempliċi iżda komprensiv huwa fl-essenza tiegħu t-triq għall-paċi, l-għaqda u l-fratellanza universali. Fit-tifsira vera tiegħu dan il-motto jfassal il-modi għall-paċi dinjija, li l-umanità għandha ħafna bżonn. Dan il-prinċipju uniku jipprovdi r-rimedji kollha għall-mard tad-dinja miksura tagħna, u jipprovdi ilma pur u safi biex jaqta’ l-għatx għall-paċi, trankwillità u serenità.

L-imħabba hija l-antidotu tal-mibegħda. Dan l-antidotu huwa meħtieġ f’doża għolja ħafna biex jinqerdu l-mibegħda, il-malizzja, il-preġudizzju u l-animożità profonda mis-soċjetajiet tagħna u tabilħaqq mid-dinja kollha.

Il-fergħa taż-żebbuġ

Naħseb hija sejħa tas-siegħa li nbiddlu kull tip ta’ tgergir u malizzja bl-imħabba u l-kompassjoni. Naħseb li dan mhux importanti biss, anzi, sar kruċjali fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tad-dinja. Hija r-responsabbiltà kollettiva tagħna li naħdmu id f’id u flimkien noħolqu atmosfera ta’ mħabba u għożża, u aħna nwasslu messaġġ ta’ mħabba u sliem lil dawk kollha ta’ madwarna, u nestendu l-fergħa taż-żebbuġ bħala ġest ta’ paċi u ħbiberija lil kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni.

Mezz ġenwin għall-paċi

Is-servizz tal-umanità huwa mezz mill-isbaħ biex nistabbilixxu relazzjonijiet ta’ ħbiberija fi ħdan iċ-ċrieki u s-soċjetajiet tagħna. Għalhekk, għandna nservu l-umanità ħalli niksbu l-paċi ġenwina. Ħafna drabi naraw li n-nies jagħmlu ħafna karità matul perjodu partikolari tas-sena, imma, għandna naraw jekk hijiex biżżejjed jew le.

Naħseb is-servizz għall-umanità mhux limitat għal żmien partikolari, iżda għajnuna bħal din għandha tingħata fuq bażi regolari. Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana spjega dan b’mod tajjeb ħafna u qal li għandna biex nanalizzaw lilna nfusna u naraw sa liema punt aħna għenna lil ħutna u sa liema punt urejna l-imħabba u l-mogħdrija lejn il-proxxmu.

Bla dubju ta’ xejn, is-simpatija lejn l-oħrajn hija responsabbiltà u obbligu enormi li tiżen u tgħodd ħafna quddiem Alla. Is-simpatija vera titlob li nipprovdu l-għajnuna u sservi lill-umanità mingħajr ebda diskriminazzjoni, hekk kif aħna nuru rispett u kompassjoni ma’ ħutna stess.

It-tifsira wiesgħa tal-karità

L-Iżlam dejjem jordna t-tjubija u s-simpatija għal kulħadd, mhux darba f’sena, iżda matul is-sena kollha, għax il-bżonnijiet bażiċi mhumiex limitati fl-aħħar tas-sena biss. Għalhekk, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal: “Il-karità hija obbligatorja fuq kull riġel uman kull jum li fih titla’ x-xemx.” Dan ifisser li aħna fid-​dmir li nuru mogħdrija u ngħinu lill-​oħrajn b’mod regolari.

Barra minn hekk huwa wkoll spjega li l-karità għandha tifsira wiesgħa ħafna u qal: “Li ġġib rikonċiljazzjoni bejn żewġ kontestanti hija karità. Li tgħin lil xi ħadd itellaʼ l-annimal tiegħu jew biex jgħabbi l-affarijiet tiegħu fuqu hija karità. Kelma tajba hija karità. Kull pass meħud lejn il-post tal-qima għat-talb huwa karità. Li tneħħi xi ħaġa mit-triq li tikkawża inkonvenjent, ħsara jew problema għall-oħrajn hija wkoll karità.”

Ħobb lil għajrek

Kif jgħidu bl-Ingliż ‘Charity begins at home’, allura għandna biex inġibu ruħna tajjeb mal-membri tal-familja, mal-qraba u mal-ġirien tagħna. Il-ġirien dejjem jixirqilhom it-tjubija u t-trattament ġentili tagħna. Il-Qaddis Profeta Muħammad kien dejjem jenfasizza ħafna fuq dan il-punt u qal:

“Dak mhux se jidħol fil-​Ġenna li l-​proxxmu u l-ġirien tiegħu ma jkunx sigur mill-​ħażen tiegħu.” Huwa qal ukoll li, “Ma tidħolx fil-​Ġenna jekk ma temminx, u ma temminx tassew jekk ma tħobbux lil xulxin. Ngħidilkom xi ħaġa li biha tħobbu lil xulxin? Immoltiplikaw it-tislima tal-paċi bejnietkom.”

Kemm huwa importanti li nħobbu lil xulxin u nipprattikaw dan il-prinċipju “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”, fil-ħajja tagħna ta’ kuljum sabiex inkunu fidili ġenwini li mhux biss ingawdu l-ġenna dinjija, iżda wkoll il-Ġenna dejjiema. F’dawn iż-żminijiet ejjew nestendu lil kulħadd dan il-messaġġ bis-sinċerità kollha u nxerrdu dan il-prinċipju ma’ kullimkien.

Il-festi t-tajba! B’dan il-messaġġ ta’ “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”, jien minn qalbi nsellmilkom u nawguralkom il-festi t-tajba.

Posted in Ahmadiyya Malta, Love for all, Love for all - Hatred for none | Tagged , , , , , , , , , , | Leave a comment

Caring for families during the festive season

Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta presented fifty festive delights to Happy Parenting Malta For Happier Children to be distributed to the needy families, who are benefitting from their services. The community believes that serving humanity is a noble cause and particularly during the time of happiness and festivity it is very important that we should include our needy families in our happiness.

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , , , , | Leave a comment

Strong Families, Happy Parenting

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta | Tagged , , , , , | Leave a comment

Caring for others during the festive season

Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta presented festive delights to Hon. Ivan Bartolo Member of Parliament from Mosta to be distributed in the needy persons in the locality on Sunday 10 December 2023. In his message, the Hon. Bartolo wrote that: “Grazzi lil komunità Ahmadiyya Musulmana, li żaruna u għaddewlna kejkijiet, biex f’dawn iż-żminijiet ngħadduhom lill-familji li nafu bihom, u nuruhom li hemm min jaħseb fihom u jieħu ħsiebhom.”

Posted in Ahmadiyya Malta | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

In war, no one wins

FIL-GWERRA MA JIRBAĦ ĦADD

“Kull min joqtol bniedem… qisu qatel l-umanità kollha; u min isalva l-ħajja, qisu salva lill-bnedmin kollha.” (Il-Koran, 5:33)

Dawn l-aħħar ġimgħat kienu verament diffiċli minħabba s-sitwazzjoni kerha ħafna fil-Palestina minħabba l-gwerra bejn l-Iżrael u l-Ħamas. Kif jgħidu, fil-gwerra ma jirbaħ ħadd u kulħadd jitlef fil-gwerra. Għal darb’oħra dan reġa’ ġie ppruvat veru. Rajna filmati u ritratti tal-waħx, il-biki, il-qtil, il-ħsara u qerda ta’ bini pubbliku u privat, inklużi sptarijiet. Meta nara dan kollu, nistaqsi, xi nkiseb permezz ta’ din il-gwerra? L-aktar tweġiba sempliċi hija ‘xejn ħlief telf kbir’.

Inqatlu eluf ta’ nies innoċenti fosthom tfal, nisa u anzjani, li jfisser eluf ta’ djar u familji ġew meqruda; it-tfal saru orfni, in-nisa saru romol, u l-ommijiet tħallew mingħajr uliedhom.

Sfortunatament, il-poteri ewlenin, filwaqt li jesprimu simpatija, ma jridux jamministraw il-ġustizzja u mhumiex serji dwar din il-kwistjoni. Huma jemmnu li l-gwerra se tibqa’ konfinata għal dawk iż-żoni, iżda mhumiex konxji. Anke l-għorrief fosthom bdew jgħidu li l-gwerra mhux se tkun limitata għal dawk ir-reġjuni iżda se tinfirex aktar u tilħaq pajjiżi tagħhom stess. Il-pajjiżi kbar m’għandhomx jinsew li meta l-fjammi tan-nar jinfirxu ma jeħilsu lil ħadd; u ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn kbar jew żgħar, u bejn sinjuri jew foqra.

Għalhekk, hija t-talba umli tiegħi li, minflok aktar firda u aktar eskalazzjoni tal-mibegħda, huwa aktar għaqli li tinżera’ ż-żerriegħa tal-imħabba, ir-rikonċiljazzjoni u l-paċi. Għax meta hemm paċi, kulħadd igawdi, u meta hemm gwerra kulħadd jitlef. Meta l-bniedem ma jiflaħx ma jista’ jagħmel xejn, u ma jistax igawdi anke jekk ikun hemm l-ikel bnin quddiemu; bl-istess mod, meta hemm kunflitt fis-soċjetà, ħadd ma jista’ jistrieħ u jgawdi.

Għalhekk, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li ma tixtiqux gwerra jew li tiltaqgħu mal-għadu fil-battalja, iżda, dejjem tistinkaw għall-paċi, il-prosperità u t-trankwillità. Huwa għallimna li biex tiżviluppa l-paċi u tneħħi l-mibegħda mill-qalb, persuna trid tgħin kemm lill-oppressur kif ukoll lil min hu oppressat. Huwa qal li, “Għin lil ħuk kemm jekk hu l-oppressur kif ukoll jekk hu l-oppressat.” Meta semgħu dan, sħabu qalu li, “Nifhmu li aħna għandna ngħinuh meta hu l-parti aggravata, imma kif għandna ngħinu meta hu jkun qed iwettaq il-ħażin?” Hu qal: “Żommulu idu,” jiġifieri li tista’ tgħin lill-oppressur billi twaqqaf milli jaġixxi b’mod krudili sabiex ikun jista’ jiġi salvat mir-Rabja ta’ Alla.

Illum huwa importanti li ngħinu liż-żewġ naħat, il-vittmi u l-ħatja. Nistgħu ngħinu lill-vittmi billi nuru solidarjetà u noffrulhom għajnuna umanitarja, u nistgħu ngħinu l-ħatja billi ‘nżommu jdejhom’.

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Peace | Tagged , , , | Leave a comment

The latest developments of the War in Gaza

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Islam means Peace, Peace, World Crisis and the Pathway to Peace | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

Launch of the RIGHTS Project

The members of Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta attended the launch of the project of ‘Regional Interactive Guiding Hub & Training Society (RIGHTS)’, of The Malta Foundation for the Wellbeing of Society which was one of 10 shortlisted by the EU from 154 projects submitted by EU states, and launched by the Hon. Prime Minister Dr. Robert Abela and H.E. President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca.

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , , , , | Leave a comment

Id-Dawl 71

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , , , , , , , | Leave a comment

The Morality is long dead!

Il-Moralità ilha Mejta!

Imam Laiq Ahmed Atif | il-Leħen 26.11.2023 | amjmalta@gmail.com

Ftit ta’ żmien ilu, smajt politiku ta’ xi pajjiż, meta l-ġurnalisti staqsewh mistoqsija dwar kwistjoni etika partikolari, huwa qal li: “Il-moralità ilha mejta.” Bla dubju din id-dikjarazzjoni hija ta’ ħafna wġigħ biex tismagħha, iżda turi wkoll kemm din il-problema hija mdaħħla fil-fond fis-soċjetajiet tal-lum.

Illum il-ġurnata, ħafna drabi l-ġenituri u n-nanniet jinstabu jitkellmu dwar il-fatt li l-morali umani qed jisparixxu malajr mis-soċjetajiet tagħna. Bl-istess mod, ħafna ġenituri jidhru mħassba dwar il-valuri morali tat-tfal tagħhom u jsemmu wkoll li fil-passat kien hemm wisq enfasi fuq il-valuri morali, imma llum il-ġurnata t-tfal u ż-żgħażagħ ma jagħtux kas lill-moralità kif suppost. Huwa wkoll fatt li llum il-ħajja saret wisq okkupata, mgħaġġla u għalja, għalhekk, iż-żgħażagħ jiffokaw iktar fuq l-affarijiet li huma iktar relatati mal-karriera tagħhom.

L-edukazzjoni u t-taħriġ

Naraw li, illum, l-edukazzjoni saret komuni ħafna iżda t-taħriġ huwa nieqes. Naraw ix-xewqa enormi fiż-żgħażagħ tagħna li jiksbu edukazzjoni mill-aqwa, iżda meta niġu għat-taħriġ insibu li hemm ħafna lok u bżonn għal titjib.

Naħseb li l-edukazzjoni mhix kompluta mingħajr it-taħriġ neċessarju. Darba qrajt il-qawl ta’ filosofu kbir li jitfa’ dawl biżżejjed fuq dan is-suġġett; hu jikteb li: “Nazzjon li jilħaq l-għoli tat-tkabbir u l-iżvilupp fid-dinja huwa dejjem kortiż ħafna u jippossjedi valuri u morali tajba, waqt li nazzjon b’valuri u morali ħżiena dejjem jitlef u jfalli.”

Għalhekk, filwaqt li l-ġenituri u l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jenfasizzaw fuq il-ħtieġa tal-edukazzjoni, għandhom ukoll iżommu għajnejhom mill-qrib fuq it-taħriġ meħtieġ taż-żgħażagħ.

L-għalliema u l-ġenituri

L-edukazzjoni mingħajr taħriġ hija bħal meta tilbes ħwejjeġ ġodda iżda ma tistax tadotta ideat ġodda. Xtrajt karozza, imma ma tgħallimt issuqha mingħand l-ebda għalliem.

Bla dubju, hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet edukattivi li jedukaw lit-tfal kif ukoll iħarrġuhom biex jagħmlu l-edukazzjoni tagħhom effettiva fil-veru sens u jġibu innovazzjoni fil-ħsieb tagħhom, iżda fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà hija r-responsabbiltà tal-ġenituri wkoll li jagħmlu ġid lil uliedhom mill-esperjenzi u l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-ħajja sabiex jiksbu suċċess f’kull qasam tal-ħajja.

Tħallix il-moralità tmut

Il-ġenituri għandhom ukoll jagħmlu sforzi żejda biex jarrikkixxu lil uliedhom bil-valuri morali u jgħallmuhom l-ogħla standards ta’ moralità. Sabiex huma jsiru assi ta’ veru għall-pajjiż u qatt ma jħallu l-moralità tmut.

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

Prayers for Peace in the Holy Land

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Peace, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , , , , , , | Leave a comment

Gaza Charity Event

The Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta actively contributed to the ‘Gaza Charity Event’ held on 25 and 26 November 2023, to raise funds for the Palestinian children who are suffering because of the war. This charity bazaar was organised by ACIS Malta, together with other NGOs and Local Councils.

Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana Malta pparteċipat b’mod attiv ħafna fl-attività ta’ ġbir ta’ fondi għat-tfal ta’ Gaża, il-Palestina, organizzata mill-ACIS Malta fil-25 u s-26 ta’ Novembru 2023.

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , | Leave a comment

War creates only more war

IL-GWERRA TOĦLOQ AKTAR GWERER!

Laiq Ahmed Atif | it-Torċa 26.11.2023 |amjmalta@gmail.com

Meta naqraw dwar l-istorja umana nsibu li seħħew ħafna gwerer u kunflitti, li bla dubju ta’ xejn kienu ta’ ħsara kbira lis-soċjetà, f’kull manjiera u aspett. Il-gwerer dejjem irriżultaw fi ħsara kollaterali u infrastrutturali, inkluż bini pubbliku, u fuq kollox, ma kienu xejn ħlief mezz ta’ qerda u qtil ta’ għadd ta’ ħajjiet innoċenti, fosthom tfal, nisa u anzjani.

Imma sfortunatament ħafna, wara dawn il-ħsarat kollha, u wara gwerer bla għadd, il-bniedem ma jitgħallimx il-lezzjoni u jidher li l-umanità kollha tinsa l-imgħoddi kollu kemm hu.

Live and let live

Min-naħa l-oħra dan juri wkoll li l-bnedmin fallew fit-tfittxija tagħhom għall-paċi, jew ma kinux għaqlin biżżejjed biex jikkoreġu l-iżbalji tagħhom u jfasslu pjan strutturali għall-paċi u l-prosperità dejjiema. Jew, l-interessi personali, l-egoiżmu, l-arroganza u l-kburija nazzjonali xekkluhom milli jikkultivaw il-kultura tal-ħbiberija u “live and let live”.

Darbtejn fl-istess toqba

Għax huwa impossibbli li n-nies għaqlin u razzjonali jirrepetu l-iżbalji tagħhom, ma jistax ikun. Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li, “Min jemmen qatt ma jingidem darbtejn fl-istess toqba.”

Dan id-diskors għandu tifsira vasta u profonda. It-tifsira sempliċi ta’ dan id-diskors huwa li l-fidili u n-nies għaqlin u razzjonali dejjem jibqgħu attenti u fuq ix-xwiek.

Permezz ta’ din l-osservazzjoni, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, jiggwidana biex dejjem nibqgħu attenti ħafna u ma niġux imqarrqa darbtejn mill-istess sitwazzjoni, persuna jew l-istess affari, u li nibbenefikaw minn kull esperjenza morra, biex b’hekk inkomplu nsaħħu lilna nfusna u niftħu għalina nfusna aktar toroq ta’ progress u suċċess, waħda wara l-oħra.

Dan id-diskors profond iservi bħala torċa ta’ gwida, u twissija kontra li wieħed jirrepeti l-iżball tiegħu. Fil-fatt, mhux se jkun konformi mal-għarfien ta’ fidil għaqli jekk jingidem darbtejn fl-istess toqba, jekk ifalli mill-istess esperjenza.

Għalhekk huwa importanti li wieħed jgħix b’għajnejh miftuħin f’din id-dinja u biex jagħmel kull waqgħa mezz ta’ tisħiħ ulterjuri ta’ saqajh u biex jaqbeż ’il quddiem wara kull żliq u jkompli jimxi ’l quddiem u ’l quddiem.

Il-bniedem ma jitgħallimx

L-esperjenza turi, u jien b’diqa u bil-qalb tqila rrid nammetti, li l-bniedem ma jitgħallimx. Jaħasra! Anke fid-dinja moderna, li nsejħulha dinja ċivilizzata, naraw gwerer u kunflitti kważi kullimkien.

Nafu u esperjenzajna mijiet ta’ darba, darba wara l-oħra, li gwerra mhi xejn ħlief ħsara u qerda, u nafu l-Konsegwenzi Qerrieda tagħha, imma nibqgħu nirrepetu l-istess żbalji. Assolutament mhuwiex approċ u ħsieb korrett, deċenti, san, razzjonali u għaqli. Bla dubju ta’ xejn. Ma jagħmilx sens, ikun xi jkun.

Fl-aħħar għoxrin sena saru ħafna gwerer u kunflitti, ma nafx minn fejn nibda u fejn nispiċċa din il-lista tant twila, imma għall-argument irrid insemmi ftit fosthom: il-gwerra fl-Afganistan, il-Libja, is-Sirja, is-Sudan, l-Ukrajna u żewġ gwerer li ma jispiċċaw qatt bejn l-Indja u l-Kashmir, u l-Iżrael u l-Palestina.

Dejjem “iż-żgħar” li jbatu

Nafu li l-gwerra fl-Ukrajna għamlet ħafna ħsara lid-dinja; l-inflazzjoni żdiedet ħafna, il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-ikel żdiedu eċċezzjonalment. Dan ifisser li l-umanità u n-nies komuni li f’għajn id-dinja huma “żgħar” batew meta anke ma kienx tort tagħhom. Dawk biss, li nsejħulhom “kbar”, ibbenefikaw minn din il-gwerra billi biegħu l-armi u l-artillerija tagħhom, u b’hekk qalgħu biljuni u biljuni.

Issa, nirrepetu l-istess żball fil-kunflitt bejn il-Ħamas u l-Iżrael. Hemm għadd ta’ pajjiżi mill-Punent li qed jibagħtu t-tankijiet tal-gwerra tagħhom lill-Iżrael. L-aħjar mod huwa li l-mexxejja tal-pajjiżi kbar li għandhom poter u qawwa jgħinu liż-żewġ naħat biex jersqu għal ftehim, rikonċilazzjoni u paċi, imma sfortunatament, minflok id-djalogu u l-ftehim, huma qed jibagħtu t-tankijiet tal-gwerra. Qisna qed nibagħtu t-taqsima tat-tifi tan-nar iqabbdu n-nirien kullimkien. Minflok jitfgħu l-ilma fuq in-nar, qed jitfgħu l-fjuwil fuq in-nar. Minflok jitfu l-fjammi tan-nar bl-ilma, qed jippruvaw jikkonvertu dawn il-fjammi fi sħab skur u ħoxnin ta’ qerda.

Il-fjammi tan-nar

Il-pajjiżi sinjuri, żviluppati u b’saħħithom, li jaħsbu li għandhom kollox u kulħadd qed jibża’ minnhom, m’għandhomx jinsew li meta l-fjammi tan-nar jinfirxu ma jeħilsu lil ħadd; u ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn kbar jew żgħar, u bejn sinjuri jew foqra.

Għalhekk, hija t-talba umli tiegħi li kull wieħed u waħda minna għandu jaqdi r-rwol tiegħu b’kull mod possibbli. Anke jekk xi ħadd ma jista’ jagħmel xejn, għall-inqas ejjew ningħaqdu fit-talb u ejjew nitbaxxew fuq l-għatba ta’ Alla Dejjem Ħanin u Ġentili għall-paċi u s-saħħa għall-umanità kollha.

Nappella b’sinċerità kollha lill-mexxejja dinjin biex joqogħdu madwar il-mejda biex isibu soluzzjonijiet ta’ paċi fit-tul għal kull pajjiż u għal kull nazzjon biex kulħadd jista’ jgħix fil-paċi u l-prosperità. Irridu nieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi imma għaqlin qabel ma jkun tard wisq, u ma ninsew qatt din il-verità li l-gwerra ħafna drabi toħloq aktar kunflitti u aktar gwerer.

Posted in Ahmadiyya: The True Islam, Peace | Tagged , , , | Leave a comment

Jalsa Salana Malta 2023

Jalsa Salana Malta 2023 – Video of both Sessions
Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Jalsa Salana, Jalsa Salana Malta | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

5th Jalsa Salana Malta 2023

By the grace and blessings of Almighty Allah the Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta held their 5th Jalsa Salana (Annual Convention) on Sunday 19 November 2023. The theme of the Jalsa was “The Prophet of Allah – an excellent model”. The Jalsa Salana was started with the recitation of the Holy Quran followed by an Urdu poem. The President of Malta Jamaat read out the special message of His Holiness, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, Khalifatul-Masih Vaba. In his message, Huzoor-e-Anwaraba, instructed Jamaat members to follow and promote every aspect of the life of the Holy Prophet Muhammadsa, and to strive to attain high spiritual and moral standards so that you can all become exemplary Ahmadi Muslims.

The Jalsa was held in two sessions. The speeches were delivered both in English and Urdu languages. The topics of the speeches were: ‘Quran and the principles of pious life’, ‘prayer an important pillar of Islam’, ‘determining the right direction in the age of social media and materialism’, ‘Khilafat-e-Ahmadiyya and our responsibilities’, ‘spending in the cause of Allah a means of nearness to God’ and ‘why is it important to believe in the promised Messiahas?’

In his concluding speech, the President Jamaat-e-Ahmadiyya Malta, drew the attention of Jamaat members towards their responsibilities as Ahmadi Muslims. He spoke about the beautiful character of the Holy Prophet Muhammad, peace be upon him, and said that to become true and exemplary Ahmadi Muslims and to attain nearness to Allah, it is incumbent upon us to love the Holy Prophet Muhammad, peace be upon him, and follow his noblest character in every step of our life, as the Promised Messiahas, says: “It is my personal experience that to obey the Holy Prophet [peace and blessings of Allah be on him] with a sincere heart and to love him, ultimately makes a person beloved of God.” (Ruhani Khaza’in, 22:67)

May Almighty Allah increase us all in goodness, piety and righteousness. Ameen

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Jalsa Salana, Jalsa Salana Malta | Tagged , | Leave a comment

Prayers in the Face of Adversity and War

Posted in Ahmadiyya Malta | Tagged , , , | Leave a comment

The Horrifying situation in Gaza

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, God, Harmony, Peace, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

Conflict in the Holy Land

Oppression, revenge and the greatest weapon in the world

Read in Maltese: We often hear that religion causes harm and distress and is a means of hatred; and there are people who say that if there were no religions, the world would have been much better and peaceful.

However, in reality this is not true at all. In fact, religion is an instrumental force of goodness, love, compassion and sympathy. It is also true that sometimes people use the name of religion for causing violence, however, even in this they are at fault, and not the religion. Secondly, if people don’t pay attention to that which religion offers them, even then you can’t blame religion, but such people should be blamed who don’t pay attention to religious guidance.

God is Merciful

As a religious person, personally, I always learn lessons of religious teachings and outline a vision according to the word of God. My heart is filled to the brim with love and compassion for all humanity. This love in my heart is due to the fact that our Lord is ‘Merciful, Gracious and Compassionate’. In addition, the Prophets of God were also the means of love for mankind. The Holy Prophet Muhammad, peace be upon him, was sent “as a mercy for all peoples” (Quran, 21:108); and his every fiber was filled with love and compassion.

Therefore, the religion that I follow and believe in is neither cruel nor vindictive nor does it promote any form of violence, oppression or injustice. And not even the Holy Prophet Muhammad, peace be upon him, was sent to spread cruelty or hatred. On the contrary, he was sent only as a flowing fountain of mercy, with everlasting and universal compassion for all humanity.

Inspired and enlightened by this love for humanity, when I see the situation of peace in the world, it worries me, I feel anguish and pain in my heart for humanity, and when I try to imagine the horrifying consequences of wars, it becomes unthinkable and inconceivable.

Conflict in the Holy Land

The Supreme Head of the Ahmadiyya Muslim Community, His Holiness, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, has always spoken loud and clear, and has worked tirelessly for peace since he became the Caliph. Recently yet again he has been significantly highlighting the perils of wars, almost every Friday, in view of the current situation in the Middle East; he encourages everyone to intensify prayers and raise awareness against oppression amid the growing escalation of the ongoing conflict in the Holy Land between Israel and Hamas.

In his message he underlines his desire for peace and the love he has for humanity, and this also means that religion and people who really believe in religion never use violence and never create disorder in the land, but their every word and action is a means of peace building. They don’t speak or write anything except ‘love, compassion, peace and human well-being’.

A World War looms before us

“The conflict between Hamas and Israel is intensifying, resulting in an increasing number of innocent Palestinian women and children being martyred. With the pace at which the situation of war is escalating and the policies being apparently adopted by the Israeli government and major global powers, it seems as if a World War now looms large before us. Now, even the leaders of certain Muslim countries are openly stating, as have Russia and China, and similarly, Western analysts have begun to write and proclaim that the scope of this war seems to be broadening. If immediate, wisdom-based policies are not adopted, the world will face devastation.

“No leader from the Western world, from any country, wants to deal with this matter justly, nor do they possess the courage to speak about it. Until someone bravely strives for a ceasefire, they are invariably responsible for pushing the world towards destruction.

Cruel and unjust revenge

“Representatives of the Israeli government claim that Hamas has killed our innocents; hence, we will take revenge. This revenge has now gone beyond all limits. The loss of Palestinian lives is four to five times greater than the loss of Israeli lives, which is reported. If their target, as they claim, is to eliminate Hamas, then why do they not directly combat them? Why are they targeting women, children, and the elderly? They have also deprived these people of water, food supplies, and medical care. All claims to human rights and the rules of warfare end when it comes to these governments.

“Indeed, some voices do draw attention to such matters, such as the former US President Obama, who recently stated that if one must wage war, one should adhere to the rules of warfare. There should be no atrocities committed against civilians. The UN Secretary-General had spoken in the same vein. The Israeli government raised an uproar over this. Yet the global ‘advocates of peace’, who consider themselves the ‘ultimate champions’ or even the ‘paragons of peace’, not only did not support the statement of the Secretary-General; rather, they expressed their dislike for it. In any case, the situation is perilous and becoming more dangerous.”

The strongest weapon

Our weapon is prayer. We believe that the greatest weapon we have in our hands is the weapon of prayer before our Lord; therefore, the leader of the Ahmadiyya Muslim Community constantly draws our attention to the importance of prayer, saying that:

“Hence, in your respective circles, and along with your prayers, strive to spread the message of stopping oppression. If any Ahmadi has connections, explain this to them. This is real courage, and it is the standard of acting upon God Almighty’s command… Nonetheless, we should intensify our prayers. Pray for the end of oppression, and make efforts within your means.”

The dawn of peace

May God give us the ability to pray fervently and do everything possible for the end of oppression, cruelty and injustices. May God give wisdom to the world to stop oppression and revenge, and instead of worldly destructive weapons, they use the greatest weapon in the world, prayer, so that together we can see the dawn of lasting peace. Laiq Ahmed Atif | amjmalta@gmail.com

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, www.ahmadija.org.mt | Tagged , , , , , , , , , | Leave a comment

Forgiveness, Reconciliation and Islam

Posted in www.ahmadija.org.mt | Leave a comment

Kunflitt fl-Art Imqaddsa

Photo: lubov62 | Shutterestock

L-oppressjoni, il-vendetta u l-ikbar arma fid-dinja 

Imam Laiq Ahmed Atif | In-Nazzjon 11.11.2023 | amjmalta@gmail.com

Ħafna drabi nisimgħu d-diskors jew l-opinjonijiet li r-reliġjon tikkawża ħsara u hija mezz ta’ mibegħda, u hemm min jgħid li jekk ma jkunx hemm reliġjonijiet id-dinja tkun ħafna aħjar u paċifika.

Imma fir-realtà dan mhu veru xejn. Fil-fatt, ir-reliġjon hija forza strumentali ta’ ġid, imħabba, kompassjoni u simpatija. Il-verità hija wkoll li xi drabi n-nies jużaw isem ta’ reliġjon meta jikkawżaw il-vjolenza, imma dan huwa tort tagħhom u mhux tar-reliġjon. It-tieni nett, jekk in-nies ma jisimgħux minn dak kollu li r-reliġjon toffrilhom allura inti ma teħodhiex kontra r-reliġjon imma tmur kontra dawk li mhux jagħtu kas tar-reliġjon.

Alla huwa l-Ħanin

Jiena bħala persuna reliġjuża, personalment, dejjem nitgħallem mil-lezzjonijiet tat-tagħlim reliġjuż u nfassal viżjoni skont il-kelma ta’ Alla. Qalbi hija mimlija sat-truf bl-imħabba u l-kompassjoni għall-umanità kollha. Din l-imħabba ġo qalbi hija minħabba l-fatt li l-Mulej tagħna huwa ‘Ħanin, Ġentili u tal-Kompassjoni’. Barra minn hekk, il-Profeti ta’ Alla huma wkoll kienu l-mezzi tal-imħabba għall-bniedem. Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, intbagħat bħala “ħniena għall-umanità kollha” u kull fibra tiegħu kienet mimlija bl-imħabba u l-kompassjoni.

Għalhekk, ir-reliġjon li jien insegwi u nemmen fiha, la hija krudili u lanqas vendikattiva u lanqas ma tippromwovi xi forma ta’ vjolenza, oppressjoni jew inġustizzja. U lanqas il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, ma ntbagħat biex ixerred il-moħqrija jew il-mibegħda. Anzi, hu ntbagħat biss bħala għajn taʼ ħniena, li tnixxi b’mogħdrija dejjiema u universali għall-umanità sħiħa.

Ispirat u mdawwal b’din l-imħabba għall-bnedmin, meta nara s-sitwazzjoni tal-paċi fid-dinja, tbeżżagħni, jiddispjaċini f’qalbi għall-umanità, u meta nipprova nimmaġina l-konsegwenzi orribbli tal-gwerer, dan isir impossibbli għalija biex naħseb iktar dwar dan.

Kunflitt fl-Art Imqaddsa

Min-naħa tiegħu, il-mexxej tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, il-Qdusija Tiegħu, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, dejjem tkellem u ħadem għall-paċi mindu sar il-Mexxej. Dan l-aħħar tkellem ukoll fid-dettall, kważi kull nhar ta’ Ġimgħa, dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani; huwa jħeġġeġ lil kulħadd biex jintensifika t-talb u jqajjem kuxjenza kontra l-oppressjoni fost l-eskalazzjoni dejjem tikber tal-kunflitt li għaddej fl-Art Imqaddsa bejn l-Iżrael u l-Ħamas.

Fil-messaġġ tiegħu huwa jispjega x-xewqa tiegħu għall-paċi u l-imħabba li għandu għall-umanità, u dan ifisser ukoll li r-reliġjon u n-nies li verament jemmnu fir-reliġjon qatt ma jużaw il-vjolenza u qatt ma jiksru l-paċi, imma huma dawk in-nies li kull kelma u kull azzjoni tagħhom huma mibnija fuq il-paċi. Ma jlissnu u ma jiktbu xejn ħlief ‘l-imħabba, il-kompassjoni, il-paċi u l-ġid tal-bniedem’. Hawnhekk, irrid nippreżenta kelmtejn tiegħu.

Gwerra Dinjija tidher quddiemna

Il-kunflitt bejn il-Ħamas u l-Iżrael qed jintensifika, u jirriżulta f’numru dejjem jikber ta’ nisa u tfal Palestinjani innoċenti li jiġu massakrati. Bir-ritmu li bih is-sitwazzjoni tal-gwerra qed teskala u l-politika li jidher li qed tiġi adottata mill-Gvern Iżraeljan u l-forzi maġġuri l-oħra fid-dinja, jidher bħallikieku Gwerra Dinjija issa qed tidher quddiemna. Issa, anke l-mexxejja ta’ ċerti pajjiżi Musulmani qed jgħidu bil-miftuħ, kif għamlu r-Russja u ċ-Ċina, u bl-istess mod, l-analisti tal-Punent bdew jiktbu u jgħidu pubblikament li l-ambitu ta’ din il-gwerra jidher li qed jitwessa’. Jekk ma jiġux adottati policies immedjati bbażati fuq l-għerf u l-għaqal, id-dinja se tiffaċċja devastazzjoni u qerda totali.

L-ebda mexxej mid-dinja tal-Punent, minn kwalunkwe pajjiż, ma jrid jittratta din il-kwistjoni b’mod ġust, u lanqas ma għandu l-kuraġġ li jitkellem dwarha. Sakemm xi ħadd bil-kuraġġ jistinka għall-waqfien mill-ġlied, kulħadd huwa responsabbli biex jimbotta d-dinja lejn din il-qerda.

Vendetta krudili u inġusta

Rappreżentanti tal-Gvern Iżraeljan isostnu li l-Ħamas qatlu lill-innoċenti tagħhom; għalhekk, se jieħdu vendetta. Din il-vendetta issa marret lil hinn minn kull limitu. It-telf ta’ ħajjiet Palestinjani huwa erba’ sa ħames darbiet akbar mit-telf ta’ ħajjiet Iżraeljani, li huwa rrappurtat. Jekk il-mira tagħhom, kif isostnu, hija li jeliminaw il-Ħamas, allura għaliex ma jiġġildux direttament magħhom? Għaliex qed jimmiraw lin-nisa, it-tfal, u l-anzjani? Huma ċaħħdu wkoll lil dawn in-nies mill-ilma, provisti tal-ikel, u kura medika. It-talbiet kollha għad-drittijiet tal-bniedem u r-regoli tal-gwerra jispiċċaw meta niġu għal dawn il-gvernijiet.

Tabilħaqq, xi vuċijiet jiġbdu l-attenzjoni għal kwistjonijiet bħal dawn, bħall-eks President Amerikan Barack Obama, li reċentement iddikjara li jekk wieħed irid jagħmel gwerra, wieħed għandu jaderixxi mar-regoli tal-gwerra. M’għandu jkun hemm l-ebda atroċitajiet imwettqa kontra ċ-ċivili. Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda kien tkellem bl-istess mod. Il-Gvern Iżraeljan qajjem taqlib dwar dan.

Madankollu l-‘avukati tal-paċi’ globali, li jqisu lilhom infushom bħala ‘l-akbar ċampjins’ jew saħansitra ‘il-markaturi tal-paċi’, mhux talli ma appoġġjawx id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali, anzi, esprimew id-dispjaċir tagħhom għaliha.

Fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni hija perikoluża u qed issir aktar perikoluża.

L-aktar arma b’saħħitha 

L-arma tagħna hija t-talb. Aħna nemmnu li l-ikbar għodda li għandna f’idejna hija l-għodda tat-talb quddiem il-Mulej tagħna; għalhekk, il-mexxej tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana kontinwament jiġbed l-attenzjoni tagħna għall-importanza tat-talb, u jgħid li:

“Għalhekk, fiċ-ċrieki rispettivi tagħkom, u flimkien mat-talb, istinkaw biex ixxerrdu l-messaġġ li titwaqqaf l-oppressjoni, malajr kemm jista’ jkun. Jekk xi Aħmadi għandu konnessjonijiet, spjegalhom dan. Dan huwa kuraġġ reali, u huwa l-istandard ta’ kif wieħed jaġixxi fuq il-kmand ta’ Alla li Jistaʼ Kollox. Madankollu, għandna nintensifikaw it-talb tagħna. Itolbu għat-tmiem tal-oppressjoni, agħmlu sforzi fi ħdan il-mezzi tagħkom. Għalhekk, għandkom tagħtu attenzjoni speċjali lit-talb.”

Is-sebħ tal-paċi

Jalla Alla jagħtina l-ħila biex nitolbu b’ħerqa u nagħmlu dak kollu li hu possibbli għat-tmiem tal-oppressjoni u l-vendetta krudili u inġusta. Jalla Alla jagħti l-għerf lid-dinja biex tintemm kull oppressjoni u vendetta, u minflok armi distruttivi tad-dinja, huma jużaw l-ikbar arma fid-dinja, it-talb, sabiex flimkien nistgħu naraw is-sebħ tal-paċi dejjiema.

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , , , | Leave a comment

Freedom of Religion and belief

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Religious Freedom, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , , , | Leave a comment

Programme Jalsa Salana Malta 2023

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , | Leave a comment

Gentle parenting and strong families

Posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , , , , , , , , | Leave a comment

The Jewel of Humanity

Il-Ġojjell tal-Umanità

Laiq Ahmed Atif | it-Torċa 05.11.2023 | amjmalta@gmail.com

Fid-dinja tal-lum sar ħafna progress ekonomiku u teknoloġiku. Fid-djar tagħna għandna l-kumditajiet kollha u anke l-kċejjen tagħna huma mgħammra bis-sħiħ. Fit-toroq tagħna nsibu karozzi ibridi u elettriċi, u kważi ta’ kull ditta, disinn u mudell. Il-bini ta’ madwarna qed isir ikbar u itwal minn qatt qabel. Fil-qosor, ingawdu l-lussu tal-ħajja.

Il-kortesija, ir-rispett u l-imħabba

Iżda sfortunatament il-ħin kollu qed ninjoraw l-aktar assi prezzjużi u l-ġojjelli tal-umanità, li huma l-imħabba, l-armonija, ir-rispett, il-paċi, l-etikett, il-kortesija, il-morali u l-valuri umani.

Insibu wkoll li l-mibegħda, il-ħdura u l-insensittività huma mifruxa ma’ kullimkien; il-midja soċjali hija evidenza ċara ta’ dan.

Minkejja dan kollu, fl-istess ħin, hija wkoll realtà, anzi xewqa taħraq ta’ kull wieħed u waħda minna, li ngħixu fil-paċi. Naħseb li dawn huma żewġ direzzjonijiet opposti, għalhekk, kif tista’ xewqa bħal din li tgħix fil-paċi tkun produttiva? U kif tista’ din il-ħolma ssir realtà?

Ħolma jew realtà?

Jekk nibqgħu hekk u ma nirranġawx il-modi tagħna, u ma nagħmlux ix-xewqat u l-azzjonijiet tagħna biex isegwu l-istess direzzjoni, din il-ħolma ma tistax issir realtà. Għalhekk, huwa minnu li x-xewqat tagħna għandhom ikunu segwiti mill-isforzi sinċieri kollettivi tagħna.

Huwa importanti ħafna li rridu ngħammru bis-sbuħija tal-umanità, bil-ġojjellerija tal-valuri morali. Il-kuxjenza u l-morali jiddistingwuna minn ħlejjaq oħra, għax huma jieklu, jixorbu u jorqdu bħalna.

’Il bogħod mill-kortesija

Meta nagħtu ħarsa serja, sfortunatament insibu li l-bniedem tal-lum jidher ’il bogħod mill-kortesija soċjali u r-rispett reċiproku, kull fejn tħares! Kullimkien insibu l-kampijiet ta’ egoiżmu, irrekwitezza, traskuraġni u immoralità.

Ilħna ħorox, għajjat u attitudnijiet riġidi qed ikissru l-valuri soċjali u egoiżmu bħal dan u interessi personali jxerrdu d-dwiefer tagħhom u l-bniedem ikompli jiekol lil bnedmin oħra.

Ilsien twil

Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li, “M’hemm ebda karatteristika oħra agħar għall-bniedem minn persuna bi lsien twil.” F’post ieħor, huwa qal, “Il-fidil veru huwa wieħed li minn ilsienu u minn idejh fidili oħra huma siguri u jinsabu fil-paċi u s-sliem.”

Bla dubju, is-sbuħija tas-soċjetà tinsab fil-moderazzjoni, it-temperanza, il-paċenzja, il-kortesija, it-tolleranza, u l-ġustizzja. Jekk inkunu neqsin minn dawn, jinqalgħu mġibiet bħall-aggressjoni, estremiżmu, traskuraġni, ansjetà, ingratitudni, intolleranza u illegalità u dan hu dak li ġara.

Issa nqisu li l-kburija tagħna trid li nwieġbu bl-ikbar ħruxija possibbli għal kull ħruxija li naffaċċjaw; inrażżnu d-dgħufija u nitbaxxew quddiem is-setgħa. Imma ninsew li żbalji minn żewġ naħat ma jagħmlux tajjeb.

Il-ġenna tal-art

Il-messaġġ tiegħi huwa dak li, jekk verament irridu ngħixu f’soċjetà tajba u nobbli, allura għandna nwieġbu għal kull ħażen bit-tajjeb, inwieġbu kull ħruxija b’mod pożittiv u bi kliem ħelu, nuru umiltà u riluttanza bħala tweġiba għall-arroganza. Nirbħu l-mibegħda bl-imħabba u l-kompassjoni. Nimlew il-qalb mimlija mibegħda u preġudizzju bl-imħabba u l-affezzjoni. Nagħtu l-prijorità lill-valuri fuq il-poter. Minflok egoiżmu, nadottaw attitudni altruwista.

Fil-qosor, huwa importantissimu li nsiru ġentili u ta’ manjieri ħelwin, attenti fil-kliem, onesti fil-kitba u t-taħdit, ħelwin mill-qalb, benefatturi tal-umanità u qaddejja leali ta’ Alla Jista’ Kollox, sabiex ħajjitna u djarna jsiru l-ġenna tal-art.

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt | Tagged , | Leave a comment

Ahmadiyya participated in Malta Book Festival 2023

Book is said to be man’s best friend. Keeping this in view, the National Book Festival is held every year in Malta. This year the book festival was held between 18 and 22 October 2023 at MFCC, Malta’s largest international conference and exhibition venue. A large number of exhibitors participated in the book festival which was visited by thousands of visitors.

With the grace and blessings of Almighty Allah the Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta once again was able to participate in this annual national event. Many visitors visited our Book Stand and took different books and particularly the Holy Quran with English translation. Many copies of the book World Crisis and the Pathway to Peace’ and the monthly Maltese magazine ‘ID-DAWL’ were also given out.

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Book Festival | Tagged , , , , , , | Leave a comment

The recipe for a long life

Ir-riċetta għal ħajja twila

Imam Laiq Ahmed Atif | In-Nazzjon 24 ta’ Ottubru 2023 |amjmalta@gmail.com

Meta naħsbu dwar il-ħolqien ta’ Alla, insibu li l-bniedem inħoloq bl-aħjar mod, jew nista’ ngħid li l-bnedmin huma l-aqwa ħolqien ta’ Alla – il-Kreatur.

Il-bniedem ingħata l-aqwa fakultajiet, kapaċitajiet u abbiltajiet. Iżda qatt ħsibna, għaliex? X’inhi r-raġuni għall-ħolqien tal-umanità fl-aqwa forma ta’ ħolqien? X’inhu l-iskop jew l-għan ta’ ħajti? Jew, kif nista’ nkun bniedem aħjar?

Dawn huma xi mistoqsijiet li jiġu jew għandhom jiġu f’moħħna meta naħsbu dwar l-għan ta’ ħajjitna. Għax huwa minnu li xejn mhuwa għal xejn, hemm żgur xi għan partikolari li għandna nsibu.

Skont it-tagħlim Iżlamiku hemm żewġ għanijiet importanti għall-ħolqien tagħna: li nħobbu lil Alla u nwettqu d-drittijiet Tiegħu, jiġifieri nqimu quddiemu u dejjem nagħmluh iċ-ċentru ta’ ħajjitna, u t-tieni huwa li nħobbu u nservu lil ħutna l-bnedmin.

Il-qalb li tħabbat mal-umanità

Il-ħidma u s-servizz għall-umanità huma valuri mill-isbaħ, u nemmen li huwa valur li jiddistingwi bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn min iħobb u jkollu l-isbaħ xewqat għall-umanità u dawk egoisti u ċċentrati fuqhom infushom biss.

Alla l-Ħanin jiggwidana fil-Koran Imqaddes biex naqdu lill-umanità u wiegħed lil dawk li jagħmlu ġid lill-oħrajn u juru li huma bnedmin ta’ benefiċċju għal ħuthom, ħajjithom tittawwal. Alla l-Ħanin jgħid: “Dak li jibbenefika lill-umanità, jibqa’ fuq l-art” (Il-Koran, 13:18).

Jiġifieri, li dawk in-nies li huma dejjem ħerqana li jgħinu lill-proxxmu, dawk li huma dejjem lesti li jagħmlu l-ħajja ta’ ħaddieħor faċli u komda, dawk li jkollhom mogħdrija u mħabba għall-oħrajn, dawk li qalbhom tħabbat bil-qalb tal-umanità, u dawk li għandhom qalb tad-deheb f’termini ta’ karità u solidarjetà, ħajjithom tkun itwal u huma se jibqgħu fid-dinja għat-tul.

Kull qatra tgħodd

Huwa wkoll fatt li l-bniedem ma jistax jgħin lill-oħrajn bis-sħiħ, għalhekk huwa importanti li nifhmu li jekk kulħadd jagħti sehmu, u kulħadd jixtieq li jkun hu li jkun l-ewwel biex jgħin, dan jagħmel ħafna differenza, għax ‘kull qatra tgħodd’.

It-tieni punt huwa li nżommu lilna nfusna okkupati fit-talb u nitolbu għan-nies kollha, għax dan huwa l-isbaħ mod ta’ benefiċċju lill-umanità kollha.

Ngħinu bit-talb

Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, il-Messija Mwiegħed, jispjega dan u jgħid li, peress li l-forom l-oħra ta’ simpatija huma suġġetti għal limitazzjonijiet, għalhekk, l-għajnuna bla tmiem li tista’ tingħata b’mod speċjali, hija l-għajnuna kontinwa tat-talb. Meta l-għajnuna tkun ta’ benefiċċju għan-nies inġenerali, nistgħu nieħdu l-akbar benefiċċju minn dan il-vers (ta’ fuq) permezz tat-talb.

Huwa assolutament veru li l-ħajja ta’ persuna li hija sors ta’ benefiċċju għad-dinja hija mtawla, u min jikkawża l-ħażen jittieħed minn din id-dinja aktar malajr. Jingħad li Sher Singh kien jaqbad l-għasafar u jixwihom ħajjin fuq in-nar, u kien inqatel fi żmien sentejn minn meta ħa l-poter.

Għalhekk, hija r-responsabbiltà tal-bniedem li jirrifletti u jikkontempla dwar kif nistgħu nżommu leali li: “L-aqwa mill-umanità huwa dak li jibbenefika lill-umanità.”

Posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

A Call for Justice and Peace

Conflict in the Holy Land: A Call for Justice and Peace for Palestine by the Khalifa – The Head of the Ahmadiyya Muslim Jamaat

During his Friday Sermons on 13th & 20th October 2023, His Holiness, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, Khalifatul-Masih Vaba and Worldwide Head of the Ahmadiyya Muslim Community said:

“At this time, I would like to make an appeal for prayers, relating to the conditions of the world today. Over the past few days, the war between Hamas and Israel has been ongoing, due to which civilians on both sides, including women, children and the elderly, are being killed or have already been killed without distinction. Even in times of war, Islam does not permit the killing of women, children, or anyone that is not engaged in the fighting. This is something which the Holy Prophet Muhammad () has given very strict guidance on.

The world is saying, and certain evidence also shows, that Hamas initiated this war and is guilty of killing Israeli civilians indiscriminately. Despite the fact that the Israeli army has previously killed many innocent Palestinians in this manner, Muslims however must still act according to the teachings of Islam. The Israeli army is responsible for their own actions; and other methods could have been adopted to resolve the issue. If a war is warranted, then it can be fought between armies, not with women, children and the innocent. Thus, the actions of Hamas were wrong; it has caused far greater harm than any benefit. Nonetheless, the response to all that has happened and the war should have remained limited to Hamas and that, in reality, is what would constitute true bravery and courage. However, now the actions being taken by the Israeli government are also very dangerous. It seems as if there is no end to this situation. The innumerable amount of innocent lives of women and children that will be lost is unfathomable. The Israeli government claimed that they would completely raze Gaza to the ground, and for this they have dropped many bombs. They have reduced the city to rubble.

The latest circumstances are that they have said more than a million people should leave Gaza, and some have indeed started leaving. Thankfully, as feeble as it may be, the UN [United Nations] has raised its voice to some degree, saying that this would be a violation of human rights and it would be wrong, leading to many difficulties. As such, Israel should reconsider this order. Rather than firmly saying that this is wrong, [the UN] is merely making a request.

In any case, the innocent who are not engaged in the war are not at fault at all. If the world considers Israeli women, children and ordinary citizens to be innocent, then the Palestinians are also just as innocent. The teachings of the People of the Book also state that such killings are impermissible. If the actions of the Muslims were deemed wrong, then these people should reflect on their own conduct as well.

In any case, we must pray fervently.

The Palestinian Ambassador [Head of the Palestinian Mission to the UK] gave a television interview here [in the UK], perhaps to the BBC, and in response to a question, said that Hamas is a militant group, not a government, and it has no connection to the Palestinian government. At the same time, he raised the question, and rightfully so, that if true justice were to be established, then such things would not transpire. If major powers did not have double standards, then such restlessness and warfare in the world could never happen. Hence, if these double standards were eliminated, then it would bring an end to such wars.

These are the very things which I have been stating in light of Islam’s teachings for quite some time. In the moment people agree, however, they are not prepared to act accordingly.

Now, all the major powers, or Western powers, have put justice aside and are uniting in taking harsh measures against Palestinians and there is talk of armies being sent from all directions. Images of the victims are shown to depict the atrocities being perpetrated and false reports are shown in the media. At times, there will be news about the condition of Israeli women and children and their dire circumstances they are facing, yet, later, it turns out that they were not Israelis but, in fact, Palestinians. However, the media does not take any accountability for this, and there is no sympathy expressed for them. These people simply follow the rule of “might is right”. They will bend before anyone who has worldly wealth.

Upon analysis, it would seem that the major powers are bent on fanning the flames of war, rather than putting them out; they do not wish to end warfare. After the First World War, the major powers created the League of Nations in order to bring an end to wars. However, due to not fulfilling the demands of justice, and failing to establish its own authority, it proved unsuccessful. Consequently, the Second World War broke out, and it is said that more than 70 million lives were lost. The same is happening now with the UN. It was created to establish justice in the world, support the oppressed and to try and bring an end to wars. However, these are all far from being reality. Everyone is simply concerned with their own interests.

The average person cannot even fathom the harmful consequences of the war that will result from these injustices; however, all the major powers are well aware of the grave consequences. Yet, despite this, there is no attention given towards establishing justice. No one is even prepared to pay attention to this. In such circumstances, Muslim nations, at the very least, should come to their senses. They should set aside their differences and establish unity. In order to better their relationships with the People of the Book, if Allah has given the commandment to the Muslims:

تَعَالَوۡاْ إِلَىٰ كَلِمَةٖ سَوَآءِۭ بَيۡنَنَا وَبَيۡنَكُمۡ

“Come to a word equal between us and you.” (The Holy Qur’an, 3:65)

i.e. by uniting over the Unity of God, then Muslims who have the exact same creed should unite between themselves even more so by setting aside their differences.

The Muslims must ponder over this, and establish their unity. This is the only way to eradicating disorder from the world. They should unite and raise a resounding voice for the fulfilment of the requirements of justice and fulfilling the rights of the oppressed, wherever they may be. If they unite as one, then there will also be strength in their voice. Otherwise, these Muslim governments will be responsible for the loss of innocent Muslim lives. These powers should always remember the guidance of the Holy Prophet Muhammad (ﷺ), that both the oppressors and the oppressed must be helped. This important point must be understood.

May Allah the Almighty grant Muslim governments reason and understanding and enable them to unite and establish justice. May He grant reason and understanding to the world’s powers so that rather than leading the world to destruction, they try to save the world from destruction. May their purpose not be to satisfy their egos. They should always remember that when destruction comes, even they will not be safe from it.

In any case, all we have is the weapon of prayer, which every Ahmadi Muslim should use now, more than ever before.

Some Ahmadi households in Gaza were destroyed, may Allah the Almighty keep them safe. May He keep all the innocent and oppressed safe, wherever they may be. May Allah the Almighty grant understanding to Hamas, so they do not become responsible for the cruelties inflicted on their own people, nor should they commit injustices against anyone. If they are compelled to fight, then they must do so according to the commandments of Islam. Enmity for another nation should not lead us away from acting justly; this is the command of Allah the Almighty.

May Allah the Almighty enable the major powers to establish justice on both sides and thereby establish peace. It should not be that they lean towards one side and thus usurp the rights of the other side. May they not commit injustices and cruelties. May Allah the Almighty grant us the opportunity to witness peace and security in the world.”

Calls to world powers for restraint

“At this juncture, I wish to speak again about the current global situation and reiterate the importance of prayer. Nowadays, writers from the West, even some from the United States, have written in their newspapers that there should be a limit to retaliation. They opine that America and other Western countries should play their part in the conflict between Hamas and Israel, making efforts for peace and ceasefires. However, the same writers also lament that it seems these nations, instead of working to stop the conflict, appear to be fanning its flames. Similarly, there was a report from the United States where a senior official of the US Department of State resigned, stating that the oppression of innocent Palestinians has reached its limits and that the world powers should be mindful of this. Still, there are decent and noble individuals among them. Occasionally, it is reported in the media that some Jewish rabbis have also spoken out in favour of justice and against oppression. Russia’s Foreign Minister has warned that if these countries continue their current stance, this war could spread throughout the region.

However, I believe it may spread globally, so these nations should exercise utmost prudence. Similarly, as I’ve previously mentioned, Muslim countries should speak in unity and with one voice. If the world’s Muslim-majority nations, often cited as 53 or 54 in number, were to speak as one, it would indeed be a powerful force and would make a significant impact. Isolated voices, however, lack influence. This is the only way to establish peace in the world and end this war. Muslim nations must make earnest efforts to prevent global destruction. May Allah grant them the ability to do so. Nonetheless, we must persistently pray. May Allah bring an end to this war and protect the innocent, oppressed Palestinians. Further, may no more atrocities befall them, and may Allah eradicate oppression from the world, wherever it exists. May Allah grant us the ability to pray earnestly.” [Amin.]

Posted in Ahmadiyya, Allah, Peace | Tagged , , , | Leave a comment

Justice, peace and security

Source/Credit: The Times of Malta | Friday, October 20, 2023 | Laiq Ahmed Atif, president Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta | amjmalta@gmail.com

The Israel-Palestine conflict, which spans decades, has once again made headlines, unfortunately, once again, not for good reasons but for the loss of so many innocent lives on both sides including children, women and the elderly people.

There was widespread condemnation across the globe for the attack by Hamas on Israel, however, the world has failed to understand what led to such boiling point. The answer is continuous injustices. The world collectively has failed to provide a feasible and permanent solution to this decades-long conflict.

If the principle of true justice would have been upheld by all the stakeholders and world powers, this human tragedy would have been avoided and a road to peace and reconciliation paved.

If we ponder over the current state of world affairs, unquestionably today, the world teeters on the brink of disaster as nations around the globe are engulfed by a ferocious storm of political, economic and social unrest. The war in Ukraine has been raging for months and dark clouds indicating even greater turmoil and warfare are hovering ominously above us.

And, now, the war in the Middle East has made every sane person seriously worried and concerned about where the world is heading.

Speaking about the current war between Hamas and Israel on the BBC, the Palestinian ambassador to the UK said that “Hamas is a militant group. Hamas is not the Palestine government. The Israeli government is giving orders to its organised army. Don’t throw any symmetry here. Don’t equate the occupied and occupier. This doesn’t serve justice to understand the real situation.”

 At the same time, he raised the question, and rightfully so, that if true justice were to be established, then such things would not transpire; if major powers did not have double standards, then such restlessness and warfare in the world could never happen. Hence, if these double standards were eliminated, then such warfare would be eliminated.

What is justice? Justice means to render to everyone his due; and to maintain justice it is necessary that reward of good should in no case be less than what a person has earned and that, on the other hand, the penalty for a wrong should not exceed the wrong or transgression committed. To outline the standards of justice, the Holy Quran states:

“O ye who believe! Be steadfast in the cause of God, bearing witness in equity; and let not a people’s enmity incite you to act otherwise than with justice. Be always just, that is nearer to righteousness” (5:9).

The standards of true justice have further been elaborated in chapter 4, verse 136 of the Holy Quran that: “O ye who believe! Be strict in observing justice, and be witnesses for God, even though it be against yourselves or against parents and kindred. Whether he be rich or poor, God is more regardful of them both than you are. Therefore, follow not low desires so that you may be able to act equitably. And if you conceal the truth or evade it, then remember that God is well aware of what you do.”

May God the Almighty enable the major powers to establish justice on both sides and thereby establish peace– Laiq Ahmed Atif

If such high and true standard of justice is attained and maintained, it would surely have fostered peace, harmony and reconciliation, not only in Palestine and Israel, but also around the globe.

The worldwide head of the Ahmadiyya Muslim Community, His Holiness, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, has spoken at length on the current Hamas and Israel war and has urged the world to chalk the course to peace, instead of adding fuel to the fire. He said:

“Upon analysis, it would seem that the major powers are bent on fanning the flames of war, rather than putting them out – they do not wish to end warfare. After the First World War, the major powers created the League of Nations in order to bring an end to wars. However, due to not fulfilling the demands of justice, and in striving to maintain its own dominance, it failed. Then, the Second World War took place, and it is said that more than 70 million lives were lost. The same is happening now with the UN. It was created to establish justice in the world, support the oppressed, and to try and bring an end to wars. However, these are all far from being reality. Everyone is simply concerned with their own interests.”

May God the Almighty grant understanding to Hamas so they do not become responsible for the cruelties inflicted on their own people, nor should they commit injustices against anyone. If they are compelled to fight, then they must do so according to the commandments of Islam. Enmity for another nation should not lead us away from acting with justice; this is the command of God the Almighty.

May God the Almighty enable the major powers to establish justice on both sides and thereby establish peace. It should not be that they lean towards one side and thus usurp the rights of the other side. May they not commit injustices and cruelties, because injustice can never lead to peace and prosperity. Establishment of peace, love and reconciliation should be their ultimate objective because love can never beget hatred and peace can never lead to war.

May God the Almighty grant us the opportunity to witness peace and security in the world.

Posted in Ahmadiyya, Peace, Quran | Tagged , , , , , , , | Leave a comment

Islam and the places of worship

READ this Article in MALTESE: Islam is a religion of peace, love, affection and harmony. It teaches to its followers to always be respectful and mindful towards people of other faiths, therefore, we should respect one another on account of being fellow human beings. Islam lays down the foundation of religious freedom and teaches us that human beings have complete freedom to believe and practice any religion they may like.

But unfortunately, we see that sometimes people and their places of worship are targeted because of their religious differences. This is completely against the Islamic teachings. Recently, we saw some attacks on Christian communities and their churches in Pakistan, India and elsewhere.

His Holiness, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, the Head of the Ahmadiyya Muslim Community, has recently spoke on length on this subject at the Inauguration of the Sadiq Mosque in Karben, Germany on 30th August 2023. Here we present some excerpts from his speech; he said:

This mosque is located in the middle of the city. This is very good, because where various means for worldly and material things are made available in a city, there should also be a central place for those who adhere to religion, so that they may gather there and worship God. This could be a mosque, a church or places of worship belonging to other faiths. When they all come together, it will become apparent that religion teaches us to interact and live harmoniously with one another. 

There is no religion, nor has there been a founder of a religion, which taught extremism or to create disorder. According to our belief, all prophets were sent by Allah the Almighty. God sent them with the teachings of turning people’s attention towards worshipping God and fulfilling each other’s rights; and fostering peace, love, affection, and brotherhood…

Fulfilling the rights of others

Fulfilling rights is a fundamental teaching of Islam. Islam does not teach that one should fight only for their own rights; Islam says that one should also strive to fulfil the rights of others. Striving to fulfil the rights of others will result in the establishment of peace and a society of love and affection. This is exactly what we need in the world today… 

All religions should be respected

Nevertheless, it is essential to respect all religions. For all religions to coexist, for the establishment of peace in the world, for spreading love and affection in society, it is necessary to respect one another. And Islam commands that all religions should be respected. 

Synagogues, churches and mosques

Islam does not teach us to only protect our own mosques. On the contrary, Islam instructs that if a church is attacked, it must be protected; if a synagogue is attacked, it must be protected; if a temple is attacked, it must be protected. Thus, those who burn down churches or level attacks in the name of Islam are not acting according to the teachings of Islam. As I have already mentioned, the teachings of the Holy Quran are completely opposed to this. The Holy Quran teaches that all religions must be protected.

Posted in Ahmadiyya: The True Islam | Tagged , , , , , , , , , , , , , | Leave a comment

Israel-Hamas War and need for Peace and Reconciliation

Posted in Ahmadiyya Malta, Justice, Peace | Tagged , , , , | Leave a comment