Fasting and food wasting

Is-sawm u l-ħela tal-ikel

Hemm żewġ kmandamenti ewlenin tal-Koran Imqaddes: (1) li temmen f’Alla u li tħobb lil Dak li jippossjedi l-akbar attributi, u; (2) li turi qalb tajba lejn l-umanità kollha; dawn jissejħu fil-Koran Imqaddes bħala Huquq-Allah (id-drittijiet dovuti lil Alla) u Huquq-Al’ibaad (id-drittijiet tal-ħolqien). Ir-Ramadan huwa x-xahar tar-riflessjoni ta’ dawn iż-żewġ drittijiet. Ir-Ramadan huwa x-xahar tas-sawm; u s-sawm huwa forma ta’ qima u devozzjoni. Din il-forma ta’ qima tinstab fir-reliġjonijiet kollha. Għalkemm hemm differenzi fil-mod kif is-sawm huwa pprattikat f’reliġjonijiet differenti, iżda l-idea ċentrali tas-sawm hija preżenti kullimkien.

Kuljum qed jinħela ħafna ikel madwar id-dinja partikolarment fil-pajjiżi sinjuri; anke jekk nafu li miljuni taʼ tfal imorru jorqdu bil-ġuħ kuljum, xorta waħda naħlu l-ikel. Skont xi studji, terz tal-ikel kollu għall-użu tal-bniedem jinħela. Is-sawm jgħallimna l-importanza tal-ikel u l-ilma u li nibżgħu għall-ikel u l-ilma u ma naħluhomx, u jekk għandna iktar minn dak li għandna bżonn minflok li narmu fiż-żibel, huwa ferm aħjar li nippreservawh u nagħtuh lil dawk li huma fil-bżonn.

Imma sfortunatament aħna sirna egoisti ħafna u, minflok nippruvaw nilħqu biex ngħinu lil xi ħadd, nagħżlu biex narmuh fiż-żibel għax possibbilment huwa aktar faċli, imma b’hekk qatt ma jista’ jiġi apprezzat. Għalhekk, ejjew inkunu grati lejn Alla u naqsmu dawk il-barkiet ma’ ħutna li huma fil-bżonn minflok li naħluhom. Għax, verament Alla jgħin lil dawk li jgħinu lil ħuthom.

Unknown's avatar

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Fasting, Ramadan and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.