Feeling the pain and suffering of others

Tħoss u ttaffi t-tbatija tal-oħrajn

Id-drawwa li wieħed iħoss it-tbatija u l-uġigħ tal-oħrajn u jipprova li jtaffihom kemm jista’ u jipprovdi serħan u faċilità hija wkoll valur mill-isbaħ. Tassew, il-kompassjoni għall-foqra u li wieħed dejjem jipprova jtaffi t-tbatija ta’ ħaddieħor hija biċċa xogħol nobbli ħafna. Dan għandu jsir mit-tfulija; u t-tfal għandhom jiġu mgħallma dawn il-valuri minn età bikrija. Tfal li għandhom ġenituri ġentili li jirrakkontawlhom l-istejjer tal-mogħdrija għall-foqra u jitkellmu magħhom dwar is-sbuħija tal-valuri tas-solidarjetà, il-ħniena u l-kompassjoni, dan żgur li jikkultiva fihom sens ta’ għotja u ta’ għajnuna lill-oħrajn fin-natura tagħhom. Huwa wkoll importanti immens li nifhmu li t-trawwim tal-kompassjoni umana mhix biss hi importanti, iżda mingħajrha ma nistgħux niksbu l-ogħla skop ta’ twelid il-bniedem.

______ Il-Koran Imqaddes ______

“Intom l-aħjar nazzjon li nħareġ għall-fejda tal-umanità, għax tordnaw u tħeġġu t-tajjeb, u tipprojbixxu u tevitaw il-ħażen, u temmnu f’Alla.” (3:111)

“Tabilħaqq, Alla jordna (li jkun hemm) il-ġustizzja (fost il-bnedmin), u li jsir il-ġid lill-oħrajn, u l-għoti (tal-għajnuna) lill-qraba; u jipprojbixxi l-indiċenza u l-ħażen u t-trasgressjoni evidenti.” (16:91)

“F’Isem Alla, Kollu Grazzja, il-Ħanin. Rajt lil dak li jiċħad il-Ġudizzju? Huwa dak li jaħqar lill-orfni; u ma jħeġġiġx (lill-oħrajn) biex jitimgħu l-fqir. Mela gwaj u telf kbir għal dawk li (taparsi) jitolbu iżda ma jagħtux kas it-talb tagħhom; dawk li jħobbu jidhru (u jagħmlu kollox għal għajnejn in-nies), jiċħdu l-karità u jżommu lura anke mill-inqas benefiċċju.” (107:1-8)

______ Diskorsi tal-Qaddis Profeta Muħammadsa ______

“Il-karità għandha tingħata minn kull driegħ u riġel ta’ persuna f’kull ġurnata li titla’ x-xemx.”

“L-id ta’ fuq hija aħjar mill-id t’isfel: l-id ta’ fuq tagħti u tonfoq, l-id t’isfel tittallab u tirċievi.”

“L-agħar ikel huwa dak servut f’tieġ fejn l-għonja huma mistiedna u fejn il-foqra huma mbarrin.” (Gardens of the righteous, p.66)

“Ayesha (il-mara tal-Qaddis Profeta Muħammadsa) tirrakkonta: Mara resqet lejja maż-żewġt ibniet tagħha; ma stajt insib xejn x’nagħtiha ħlief tamla waħda. Hija qasmitha bejn uliedha u hi ma ħadet xejn minnha. Imbagħad qamet u telqet. Meta wasal il-Qaddis Profeta, għedtlu x’ġara.  Huwa qal: Wieħed li jkollu l-bniet u jittrattahom sewwa jintebaħ li dawn isiru t-tarka tiegħu min-Nar.” (Bukhari u Muslim, Gardens of the righteous, p.270)

“Iben Adam, jekk ikollok tonfoq dak li hu żejjed, ikun aħjar għalik, u jekk iżżommu jkun agħar għalik. M’intix se tiġi akkużat għax iżżomm dak li għandek bżonn. Ibda onfoq fuq dawk li jiddependu minnek.” (Tirmizi, Gardens of the righteous, p.110)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, morality, Morals and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.