Taking care of the environment

NIEĦDU ĦSIEB L-AMBJENT

KULL META TINQATA’ XI SIĠRA, GĦANDKOM TĦAWLU TNEJN MINFLOKHA

Fid-dinja moderna teknoloġika fejn insibu modi ta’ komunikazzjoni u ta’ trasport mill-aqwa, l-impatt tat-tibdil fil-klima wkoll jinħass u jidher mad-dinja kollha u qed isir aktar gravi ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Allura, iż-żmien jitlob li nagħmlu minn kollox sabiex nipproteġu l-ambjent tagħna. Aħna wasalna f’punt fejn ma nistgħux inħallu din id-dinja tinqered iktar. Għalhekk, huwa importanti li l-umanità kollha tingħaqad flimkien u naħdmu id f’id sabiex insalvaw l-ambjent tagħna mill-qirda totali.

Tibdil fil-klima

Dan l-aħħar żagħżugħ talab l-opinjoni tal-Qdusija tiegħu, Mirża Masroor Aħmad, il-Mexxej tal-Komunità Ahmadiyya, li għandu għerf profond fuq dan is-suġġett, rigward is-sitwazzjoni attwali tal-klima u kif wieħed għandu jipprova jindirizza din il-kwistjoni.

It-tweġiba tiegħu hija valida ħafna. Fi ftit kliem sempliċi imma profond huwa spjega din il-kwistjoni u r-rimedju tagħha. Huwa qal li l-problema tat-tibdil fil-klima hija kwistjoni kullimkien madwar id-dinja, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn il-popolazzjoni qed tiżdied fin-numru mingħajr ebda proporzjon. U biex takkomoda din il-popolazzjoni, iż-żoni residenzjali qed jiżdiedu u minħabba ż-żoni residenzjali li qed jiżdiedu, il-foresti qed jinqatgħu wkoll.

Din id-deforestation qed tikkawża wkoll tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-konsum tal-fuel għall-mezzi tat-trasport għandu jitnaqqas ukoll. Aħna l-bnedmin, tant sirna għażżiena, li jekk irridu mmorru minn post għall-ieħor u d-distanza hija biss 100 jew 200 metru, minflok nimxu, nieħdu l-mutur jew il-karozza tagħna biex immorru f’dak il-post. B’dan il-mod qed titniġġes aktar l-atmosfera.

Huwa ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jippromwovu l-mixi u jimmotivaw lil xulxin biex dejjem jagħżlu l-mixja u jnaqqsu l-użu tal-muturi jew tal-karozzi, kemm jista’ jkun possibbli.

Kull meta tinqata’ xi siġra…

Barra minn hekk huwa qal li ż-żgħażagħ għandhom jibdew skemi biex iħawlu s-siġar fil-foresta u f’żoni differenti, fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu eżempju eċċellenti f’dan ir-rigward. Huwa qal li, “Għandkom dejjem tkunu ħerqana biex taraw li kull meta tinqata’ xi siġra, għandkom tħawlu tnejn minflokha.”

Fil-kuntest lokali ta’ pajjiżna, naħseb dan il-punt jagħmel ħafna sens. Allura għandna  nħawlu ħafna siġar fil-lokalitajiet tagħna u nżidu l-green zones.

Ħawwel Siġra

Hawnhekk nixtieq nipproponi proposta sempliċi, fattibbli, prattikabbli u effettiva ħafna biex il-lokalitajiet tagħna u tabilħaqq pajjiżna jsir pajjiż aħjar f’termini ta’ ambjent. Flimkien, bi ftit sforz kollettiv, nistgħu nagħmlu bidla kbira u flimkien nistgħu nagħmlu pass kbir ’il quddiem.

Jiena nipproponi li kull wieħed u waħda minna, kull meta niggradwaw, niżżewġu, ikollna t-tfal, nixtru d-dar, jew ikollna xogħol ġdid, għandna nħawlu mill-inqas siġra waħda fl-inħawi tagħna.

Fil-qosor, għandna nagħmluh dmirna li f’kull mument memorabbli ta’ ħajjitna għandna nagħtu rigal lil pajjiżna billi nħawlu siġra fil-lokalità tagħna. Permezz ta’ din il-kampanja mal-pajjiż kollu, fi ftit snin, nistgħu nibnu ambjent aktar f’saħħtu għalina nfusna u għall-ġenerazzjonijiet tagħna li ġejjin.

Għaliex għandna nħawlu s-siġar?

Għandna nħawlu s-siġar għax bis-siġar il-lokalitajiet tagħna u pajjiżna se jkunu aħjar, jidhru mill-isbaħ, u se jkollna ġmiel naturali. Barra minn hekk, bis-saħħa tas-siġar, l-arja tkun iżjed nadifa u l-ambjent iktar sabiħ u rilassanti. Is-siġar inaqqsu t-tniġġis, jiffriskaw l-arja, u jagħtuna l-ossiġnu. Fil-fatt, meta jkun hemm is-siġar, il-ħmieġ fl-arja jonqos drastikament u nistgħu nieħdu nifs nadif u frisk.

Is-siġar huma ħbieb tal-bniedem u huma dejjem lesti biex iservuna; huma jagħtuna frott bnin li huwa tajjeb għal saħħitna, joffru post fejn wieħed jista’ jistkenn mix-xemx, anke ħafna għasafar jistkennu fuq il-friegħi tagħhom. Nagħmlu l-għamara mill-injam tas-siġar, nagħmlu karti li niktbu fuqhom u anke nippubblikaw kotba. Fil-qosor, is-siġar tassew jagħmlulna ħajjitna isbaħ u aħjar. L-art mingħajr siġar hija bħal deżert. Is-siġar għandhom irwol sinifikanti biex jagħmlu l-art tagħna aktar sabiħa, attraenti u b’saħħitha. Fil-qosor, is-siġar huma parti integrali ta’ ħajjitna. Għalhekk huwa importanti ħafna li aħna nibżgħu għalihom u nieħdu ħsiebhom sabiex pajjiżna jsir mill-isbaħ u ngawduhom sabiex nibqgħu f’saħħitna.

It-Torca | Sunday 9 May 2021 | Laiq Ahmed Atif | amjmalta@gmail.com

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in #AhmadiyyaMalta, Ahmadiyya: The True Islam, Environment, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.