Love for All

Imħabba għal kulħadd

F’dan iż-żmien meta ċerti forzi huma nvoluti biex jagħmlu ħsara kbira lill-paċi tad-dinja, meta sensibilitajiet ħżiena qed jisparkjaw kontra xulxin bla bżonn u l-ħitan tal-mibegħda u t-tolleranza qed jinbnew, l-oġġettiv tal-istabbilizzazzjoni tal-paċi u l-imħabba huwa dejjem iktar importanti.


Meta nħarsu lejn l-istorja tal-umanità nsibu li mill-bidu tal-ħajja fuq l-art sal-lum kien hemm ħafna gwerer u ġlied, kif ukoll żewġ gwerer dinjija.


Ġieli individwi kienu qed jiġġieldu kontra individwi, u ġieli gruppi kienu qed jiġġieldu kontra gruppi oħrajn. Stati attakaw stati; pajjiżi baqgħu fit-taqbida kontra l-ġirien tagħhom kif ukoll xi nazzjonijiet kienu ħafna ’l bogħod mill-fruntieri tagħhom.


Ukoll, illum, numru mhux ħażin ta’ nies moħħhom biex ifittxu s-sodisfazzjon tal-interessi personali u egoistiċi tagħhom mingħajr ma jaħsbu biex jagħtu d-drittijiet tal-oħrajn lill-oħrajn.


Jekk aħna ma nagħrfux il-Ħallieq tagħna u ma nagħtux id-drittijiet li jistħoqqu lil xulxin, id-dinja sa titmexxa lejn diżastru terribbli u l-effett tiegħu jibqa’ jidher għas-snin li ġejjin.


Għalhekk huwa importanti li kull wieħed minna jżomm il-prinċipju tal-għajnuna, iżomm il-ħniena f’qalbu għall-umanità kollha u jħobbhom bl-imħabba ta’ omm ħanina li għandha għal uliedha.
Ir-reliġjonijiet kollha jenfasizzaw bil-qawwa kbira fuq l-iżvilupp tal-imħabba għall-umanità u juru ħniena u simpatija lejn kull kreatura ta’ Alla, li jista’ kollox, kemm il-bnedmin kif ukoll l-annimali.


Alla jgħin lill-qaddej li jgħin lil ħuh, u jħobb lill-bniedem ġeneruż. Għalhekk dan hu d-dmir tagħna li nserrħu lill-bnedmin minn xi saram ta’ din id-dinja u ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn.
Il-bnedmin li jemmnu fil-Koran Imqaddes ġew mogħtija l-parir li juru integrità fl-isforzi kollha tagħhom u jaħdmu biex jippromwovu t-tajjeb u s-sewwa fis-soċjetajiet tagħhom.


Fil-Koran Imqaddes Alla jgħid, “li min jagħti l-karità, jagħmel l-għemil it-tajjeb u jagħmel paċi bejn in-nies se nagħtuh ħlas mill-kbar.” Kif ukoll fil-Bibbja Mqaddsa naqraw it-tagħlim tal-imħabba li ‘‘ħobbu lill-ġirien tagħkom, bħalkom infuskom’’.


Kemm ikun sabiħ jekk nagħtu l-messaġġ tal-paċi u t-tolleranza lil kulħadd. F’dan il-ħin meta d-dinja hija mimlija b’ħafna problemi globali għandna bżonn kbir li nibnu pontijiet bejn stati, pajjiżi, nazzjonijiet u reliġjonijiet differenti.

Hekk kif id-dinja bdiet tingħaqad u ssir raħal globali wieħed hemm ħtieġa kbira biex inbiddlu l-mibegħda u l-malizzja fl-imħabba, l-affezzjoni u t-tolleranza. U nxerrdu dan il-messaġġ mad-dinja kollha: “Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd”.

[Illum: Il-Punt | 21 ta’ Marzu 2010 • Nr 178]

http://www.illum.com.mt/2010/03/21/ilpunt.html

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.