Diżastri Naturali fl-2010

It-Torċa, il-Ħadd 6 ta’ Frar 2011

Meta ma rajniex diżastri naturali? Imma l-2010 kienet l-agħar sena fis-snin riċenti rigward id-diżastri naturali. U rajna traġediji kbar u ħorox matul is-sena fejn minħabba għargħar, terremoti, vulkani, nirien u karestiji mietu eluf ta’ nies u miljuni sofrew minn problemi oħra skont iċ-ċirkostanzi.

Fl-2010, total ta’ 295,000 mietu minħabba diżastri naturali madwar id-dinja u l-ħsara ekonomika kienet tammonta għal madwar 130 billjun dollaru.

Fil-bidu tas-sena, ftit jiem biss wara li spiċċaw iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida, rajna l-agħar terremot fil-Ħaiti fejn mietu 222,570 persuna f’daqqa waħda u miljuni oħra sofrew mill-konsegwenzi ħarxa li ħalla warajh it-terremot. U iktar minn miljun u nofs ruħ spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Din it-traġedja kienet waħda mill-akbar f’dan l-aħħar seklu. Ħafna nies mietu minħabba mard differenti li nfirex wara din it-traġedja.

Ftit ġmigħat wara din id-disgrazzja, terremot ieħor laqat il-pajjiż Sud Amerikan taċ-Ċili, fis-27 ta’ Frar, u iktar minn elf persuna ġiet maqtula. Fir-Russja, mietu eluf kbar ta’ nies minħabba s-sħana u nirien fil-foresti.

Il-Pakistan, sofra wieħed mill-agħar għargħar fil-istorja tal-pajjiż. Fil-fatt, il-Ġnus Maqgħuda sa anke fissret dan l-għargħar bħala għargħar eqqel minn dak tat-Tsunami. F’dan l-għargħar mietu 1,760 ruħ u aktar minn għoxrin miljun sofrew mill-konsegwenzi li ġabet magħha din id-disgrazzja xejn mistennija. U l-ħsara ekonomika wkoll kienet ta’ miljuni ta’ dollari. Eluf ta’ djar ġew meqruda u sal-lum, eluf ta’ nies jinsabu mingħajr kenn għalihom u għal familthom.

L-erużjonijiet tal-vulkani Iżlandiċi f’April, kienu fost l-akbar problemi li s-sena 2010 kellha tħabbat wiċċha magħhom, fejn sħab iswed ikkawżat mill-erużjonijiet, kesa partijiet mill-Ewropa u eluf ta’ titjiriet ġew imħassra u b’dan jikkaġuna kaos fl-ivvjaġġar għal għexieren ta’ eluf ta’ passiġġieri. Il-ħsara finanzjarja kienet tammonta għal miljuni ta’ dollari. U x-xita qawwija li laqtet partijiet mill-Kolombja u kkawżat għargħar fatali kmieni f’Diċembru li ħataf il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies sfortunati tassew.

Fost it-traġedji naturali, kien hemm ukoll terremot fiċ-Ċina li qatel 2,700 persuna, u 1,470 oħra ġew maqtula minn għargħar fiċ-Ċina stess. F’Settembru, kien hemm terremot fin-New Zealand u f’Ottubru kien hemm terremot ieħor fl-Indonesja li qatel 113-il persuna, kif ukoll terremot fi New York.

Minn fost id-950 diżastru naturali li ġie rrekordjat matul is-sena li għaddiet, hawnhekk rajna ftit li ħakmu d-dinja tagħna. Tajjeb ninnutaw, li dawn id-diżastri dehru kważi f’kull kontinent ta’ din il-pjaneta li baxxiet rasha quddiem din il-qerda naturali.

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11040

 

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in www.ahmadija.org.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s