Il-problema tal-obeżità fit-tfal

Credit: Torċa: Il-Ħadd, 25 ta’ Novembru, 2012: minn laiq ahmed atif 

Il-futur ta’ kull nazzjon jiddependi fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, għax it-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum huma l-mexxejja ta’ għada. Għalhekk huwa mportanti wisq li huma jieħdu ħsieb kull aspett ta’ ħajjithom. U anke għandhom jieħdu ħsieb sew saħħithom.

Il-piż żejjed u l-obeżità huma problemi li nsibu madwar id-dinja kollha, fl-etajiet kollha, partikolarment fis-soċjetajiet tal-Punent. Malta mhix eċċez-zjoni u fil-fatt għandha din it-tendenza. Madankollu naraw kif it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna għandhom din il-problema wkoll. 

Skont l-WHO (Organizzaz-zjoni Dinija tas-Saħħa) fl-2008, iktar minn 1.4 biljun adult kellu piż żejjed. U fl-2010 iktar minn 40 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin kellhom piż żejjed, li huwa verament persentaġġ kbir wisq.

F’Malta, kwart tat-tfal ta’ età bejn ħames u sitt snin huma kkonsidrati li għandhom piż żejjed u allura l-obeżità. Skont l-aħħar studju fuq it-tfal tal-iskola fl-2006, 27.7% tifel u tifla ta’ ħdax-il sena kienu b’dil-problema; waqt li 30.95% ta’ 13-il sena kellhom l-istess problema. 

Għalhekk, meta nħarsu lejhom, dawn huma rati ferm kbar, u naħseb li din hija prob-lema li għandha ndirizzata malajr kemm jista’ jkun, u l-awtoritajiet għandhom jieħ-du passi neċessarji f’dan ir-rigward. 

L-ikel tax-xaħam, in-nuqqas ta’ attivitajiet fiżiċi, in-nuqqas ta’ eżerċizzju, l-ikel żejjed, u fast food huma kollha fatturi bażiċi tal-obeżità. Illum, fil-ħajja moderna sirna komdi u naraw ħafna televiżjoni waqt li nużaw il-kompjuter ħafna li wkoll qed jgħin biex din il-problema tiżdied.

Għandna bżonn urġenti biex inbiddlu l-istil ta’ ħaj-jitna ta’ kuljum, nagħmlu ħajjitna bilanċjata, u naraw x’nieklu. L-eżerċezzju u l-mixi nagħmluhom parti integrali ta’ ħajjitna. Jekk nistgħu nnaqqsu l-użu tal-karrozzi u nipprovaw naqdu ċerti qadi viċin tagħna bil-mixi.

Nemmen li jekk kull wie-ħed u kull waħda minna, nibdew nieħdu dan il-pass importanti u niddeċiedu li se nsolvu din il-problema, għandna l-kapaċità kollha biex nagħmluha. 

Ninsab ottimist li dan mhux fil-bogħod, iżda kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. Il-Malti jgħid, ‘Għin ruħek biex Alla jgħinek’. 

amjmalta@gmail.com

Read Original Post:

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Humanity First and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.