Mandela and Muslim Leadership

Source/Credit: it-Torca, Sunday 12 January 2014. By Laiq Ahmed Atif

Find English translation of this article here: Mandela and Muslim Leadership

Il-paci, it-trankwillità u s-serenità huma frott sabiħ li kulħadd jixtieq igawdihom bl-aqwa mod. Dawk in-nies li ħadmu għall-paċi matul ħajjithom huma nies ta’ valuri għolja u jistħoqqilhom li d-dinja tfakkar u ssellem il-memorija tagħhom bl-aħjar mod possibbli għax huma eroj tal-umanità; huma maħbubin tal-bnedmin; huma ħabbew l-umanità u kellhom qalb safja u tajba għal kulħadd. 

Nelson Mandela huwa wkoll wieħed minn dawn il-persuni nobbli u prezzjużi li ħadmu ħafna għall-paċi u għad-dinjità umana. Nelson Mandela huwa eżempju ċar ta’ determinazzjoni, ħidma u passjoni. Hu wera kif il-bniedem determinat u b’għanijiet sodi jista’ jagħmel mirakli u jista’ jibdel id-dinja minn qagħda ħażina għal waħda li ġġib il-ġid komuni. Huwa verament simbolu ta’ paċi, għaqda, maħfra, imħabba, dinjità u rikonċiljazzjoni.

Hemm eluf kbar ta’ nies li jiftaħru bil-ħidma ta’ Nelson Mandela; u l-memorija tiegħu se tibqa’ ħajja u friska f’moħħ eluf ta’ persuni għas-snin li ġejjin. Mandela, mingħajr dubju se jibqa’ mfakkar bħala xempju ta’ paċi u tama. Insellem lil Mandela. Jalla jistrieħ għal dejjem.

Dan l-aħħar qrajt artiklu f’FoxNews.com fejn kittieba b’ton sarkastiku tikteb: “Where is the Muslim Mandela?” F’dan l-artiklu l-kittieba qed ssemmi ħafna inċidenti ta’ terroriżmu u ta’ vjolenza madwar id-dinja fejn xi Musulmani kienu akkużati bihom.

Il-kittieba tistaqsi wkoll li: “Fost il-1.56 biljun Musulman, fejn hu Mandela tagħna?” Hi tfisser li “minħabba li għandna n-nuqqas ta’ Mandela Musulman li jista’ jurina t-triq għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni, hemm il-bżonn urġenti li l-Musulmani jagħmlu minn kollox biex jipproteġu lill-vulnerabbli fosthom u jsibu t-triq lejn il-paċi”.

F’dan l-artiklu hemm ħafna suġġetti, imma rrid nirrispondi l-mistoqsija tagħha u ngħidliha li hemm Mandela Musulman li jaħdem lejl u nhar biex ixxerred il-messaġġ tal-paċi u juri t-triq li tmexxi lill-Musulmani lejn triq serena u paċifika għal kollox. Dan l-aħħar kien ippubblikat il-ktieb tiegħu b’titlu ‘Il-Kriżi Dinjija u t-Triq għall-Paċi’, fejn fih tfasslet it-triq għall-paċi billi ppreżenta soluzzjonijiet, suġġerimenti u prinċipji ewlenin li huma mportanti u kruċjali biex il-paċi tkun stabbilita madwar id-dinja kif ukoll fil-pajjiżi Musulmani. 

Mandela Musulman huwa dak li jħeġġeġ lid-dinja lejn il-paċi, l-imħabba, l-armonija, il-libertà tar-reliġjon, u jiddikjara li “l-aċċettazzjoni tal-fidi hi ħaġa ta’ bejn il-bniedem u Alla tiegħu u m’għandek qatt tindaħallu bl-ebda mod; kulħadd għandu d-dritt jgħix skont il-fidi tiegħu u jeżerċita r-ritwali reliġjużi tiegħu.”

Forsi dan huwa għax il-Kamra tad-Deputati fl-Istati Uniti tal-Amerika introduċiet riżoluzzjoni bla preċedent li tirrikonoxxi lil dan il-Mandela Musulman bħala “raġel ta’ paċi.” Kien ippreżentat iċ-ċavetta tad-deheb mill-Kunsill tal-Belt Los Angeles, li jiddikjara: “This Key is reserved for only the most honoured people on Earth.”

Mandela Musulaman jirrispondi lis-sfidi madwar id-dinja bil-ftuħ ta’ ħafna kliniċi u sptarijiet li joffru għajnuna medika għal dawk fil-bżonn, skejjel li joffru t-tagħlim sekulari b’xejn għat-tfal kollha, kemm Musulmani kif ukoll dawk li jħaddnu reliġjonijiet oħra, mingħajr ebda diskriminazzjoni. Waqqaf numru kbir ta’ proġetti soċjali biex jgħin fl-iżvilupp ta’ pajjiżi foqra madwar id-dinja, u qed joffri għajnuna lill-vittmi ta’ gwerer u diżastri naturali. 

Mandela Musulman ivvjaġġa immensament biex jippromwovi l-messaġġ tal-paċi u jiffaċilità s-servizz lill-umanità u indirizza laqgħat importanti f’Capitol Hill, Washington D.C, fil-Parlament Ewropew, fil-Kwartieri Ġenerali Militari Ġermaniżi u fil-Parlament Britanniku fost oħrajn. Kulfejn imur jenfasizza fuq ġustizzja assoluta, dinjità umana, ugwaljanza, drittijiet umani u jikkundanna bla riservi l-vjolenza u t-terroriżmu f’kull forma u għal kull raġuni, u jgħid li “l-Iżlam ma jippermettix il-moħqrija u l-oppressjoni taħt l-ebda forma, sura jew manjiera. Dawn l-atti barbari jmorru kompletament kontra t-tagħlim veru tal-Iżlam.”

Taħt it-tmexxija tiegħu tqassmu miljuni ta’ fuljetti b’messaġġi ta’ paċi u lealtà sħiħa lejn il-pajjiż ta’ residenza u s-servizz lejn l-umanità kollha; u jiġu organizzati simpożji għal reliġjonijiet differenti u konferenzi dwar il-paċi fejn għadd ta’ mistednin minn kull qasam tal-ħajja jiltaqgħu flimkien biex jaqsmu l-ideat dwar il-promozzjoni tal-paċi u l-armonija.

Bla dubju ta’ xejn, bħall-President Mandela, Mandela Musulman huwa wkoll simbolu ta’ maħfra, ħidma, imħabba, għaqda, solidarjetà, rikonċiljazzjoni, talb u tama.

Ejja u ltaqa’ ma’ Mandela Musulman li huwa Hazrat Mirza Masroor Ahmad, il-Kalif tal-Iżlam u l-Mexxej Spiritwali tal-Komunità Ahmadija Musulmana. 

Dan huwa bniedem li d-dinja Musulmana għandha bżonn, għax hu jitkellem ċar u jippreżenta soluzzjonijiet għall-kriżi, għall-problemi u l-kunflitti tagħhom. Hu jippreżenta soluzzjonijiet prattiċi u sostenibbli għas-sitwazzjoni kritika fis-Sirja, fl-Afghanistan, fil-Pakistan, fl-Iraq u f’pajjiżi oħrajn li lkoll jinsabu mhedda minn kriżijiet li jheżżu l-umanità skont it-tagħlim Koraniku.

Hazrat Mirza Masroor Ahmad iwiddeb lid-dinja u jgħid li: “Illum, meta d-dinja qed tinqasam fi blokki, l-estremiżmu qed jiżdied, u s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika qed teħżien, hemm ħtieġa urġenti biex inwaqqfu kull xorta ta’ mibegħda u nqegħidu l-pedamenti tal-paċi… Iż-żmien qed jagħfas, u qabel ma jkun tard wisq aħna kollha rridu nagħtu kas u attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet ta’ dak il-ħin… Għalhekk, biex tittejjeb is-sitwazzjoni u l-paċi tiżviluppa, jeħtieġ li l-partijiet kollha jaħdmu flimkien.”

“Aħna nħossu wġigħ kbir u dieqa f’qalbna għall-istat li tinsab fih id-dinja. Huwa dan l-uġigħ li jkebbes l-isforzi tagħna biex nippruvaw insalvaw l-umanità mill-qerda u s-sofferenza. Għalhekk jiena u l-Musulmani Ahmadin kollha qed nistinkaw biex inwettqu r-responsabbiltajiet tagħna ħalli nxerrdu l-paċi fid-dinja kollha.”

Il-Qdusija Tiegħu, Hazrat Mirza Masroor Ahmad ikompli:

“Jekk Alla Jrid, il-Kalifat (Tmexxija) tal-Ahmadija dejjem tkun magħrufa bħala dik li tkun fuq quddiem nett biex tmexxi l-kawża għall-paċi u għall-armonija fid-dinja, kif ukoll li tkun leali lejn il-pajjiż fejn il-membri tagħha jkunu jabitaw.” READ IN IT-TORCA

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Il-Kriżi Dinjija u t-Triq għall-Paċi and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.