Il-Kalifat: Ħolma jew Realtà

Il-Kalifat DivinSource: IT-TORĊA, il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2014 (Laiq Ahmed Atif)

F’dawn l-aħħar snin id-dinja tinsab tiġġieled kontra l-estremiżmu li jidher bħala periklu kbir għas-soċjetajiet tagħna. Imma, sfortunatament, l-estremiżmu qed jikber u jinfirex madwar id-dinja kollha u jidher f’forom differenti. Issa d-dinja qed taffaċċja wieħed mill-ikbar perikli li huwa ta’ theddida għaliha: il-grupp estremista tal-Istat Iżlamiku fil-Lvant Nofsani. 

L-Istat Iżlamiku hija iktar perikluża mill-Al-Qaeda, għax l-IS hija mifruxa f’ħafna pajjiżi u anke hija qrib l-Ewropa. Nibza’ mill-penetrazzjoni tagħha fl-Ewropa u l-effetti tagħha, li jistgħu jinħassu iktar minn tal-Al-Qaeda madwar id-dinja. Għalhekk, huwa importanti ferm li d-dinja ssib xi solzzjonijiet prattikabbli biex tevita din it-theddida. 

Din is-sena, Abu-Bakar Al-Bagdadi, il-mexxej tal-Istat Iżlamiku, iddikjara l-Kalifat, qal li huwa l-Kalif, u nsista li l-Musulmani kollha tad-dinja għandhom id-dmir li jiddikkjaraw l-inizjazzjoni tagħhom fuq idejh. 

L-ewwel u qabel kollox, ngħid li din l-organizzazzjoni qed tabbuża minn isem ir-reliġjon għall-iskopjiet u l-interessi personali tagħha, li m’għandhom xejn x’jaqsmu mar-reliġjon. It-tieni nett, irrid nispjega x’inhu Kalifat? Il-kelma ‘Kalifat’ tfisser ‘is-suċċessjoni’, u l-Kalif huwa s-suċċessur tal-Profeta ta’ Alla. L-għan tiegħu huwa li jwettaq u jkompli r-riformazzjoni u t-taħriġ morali u spiritwali li kienu miżrugħa mill-Profeta nnifsu. Il-Kalifat huwa s-sistema divina, spiritwali u tat-tmexxija reliġjuża, li dejjem tiġi stabbilita skont ir-Rieda ta’ Alla. Alla jgħid, fil-Koran Imqaddes: 

Alla wiegħed lil dawk minnkom li jemmnu  u jagħmlu għemejjel tajba li se jagħmilhom is-Suċċessuri fl-art; bħalma għamel lil dawk taqabilhom, u li jsaħħilhom ir-reliġjon tagħhom li Huwa għażel għalihom, u li tassew jibdlilhom il-biża tagħhom fi sliem u paċi.” (24:56) 

Il-messaġġ tal-Koran huwa ċar; Alla biss jista’ jistabbilixxi s-sistema tal-Kalifat, u ħadd m’għandu dritt u ħadd ma jista’ jistabbilixxi l-Kalifat Divin fid-dinja. Il-Kalifat dejjem jiġi wara l-Profeta, u mhux meta xi ħadd jidhirlu. Il-wegħda tal-Kalifat hija ma’ dawk li “jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba”, u mhux ma’ dawk li huma terroristi, estremisti li joqtlu bnedmin innoċenti u jxerrdu d-demm sagru tal-bniedem fuq l-art. Skont it-tagħlim Iżlamiku, il-Kalifat veru huwa l-pedament tal-paċi u tas-sliem fis-soċjetà u mhux tad-diżordni u l-inkwiet. 

Meta wieħed jaqra dan il-vers jifhem sew li l-Kalifat tal-Istat Iżlamiku m’huwiex il-Kalifat Iżlamiku kif ġie spjegat fil-Koran Imqaddes, u m’huwa xejn ħlief organizzazzjoni terroristika u estremista. 

Il-Qaddis Profeta Muħammad, il-paċi tkun miegħu, bassar li fl-aħħar żmien se jiġi r-Riformatur li se jkun il-Messija u l-Maħdi, u huwa se jifforma t-tagħlim Iżlamiku, u warajh se tibda s-sistema tal-Kalifat. 

Fl-1889, il-Fundatur tal-Komunità Aħmaija* Musulmana ddikkjara li huwa l-Messija Mwiegħed u r-Riformatur ta’ dan iż-żmien. Wara l-mewt tal-Messija Mwiegħed fl-1908, il-Komunità Aħmadija tbierket bil-kontinwazzjoni tat-tmexxija tal-Kalifi (is-Suċċessuri) li kollha nħatru b’mod divin. Il-Kalif attwali tal-Komunità Aħmadija huwa Ħażrat Mirża Masroor Aħmad. Il-messaġġ ta’ din l-istituzzjoni tal-Kalifat huwa wieħed ta’ mħabba, rikonċiljazzjoni u fraternanza u l-motto tagħha huwa ‘Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd’. Ħażrat Mirza Masroor Aħmad, il-ħames kalif tal-Komunità Aħmadija jagħmilha ċara li l-kalifat dejjem se jkun bażi tal-imħabba u l-armonija fid-dinja u jgħid: “B’riferenza għall-Kalifat, intom tistgħu tibżgħu li jista’ jiġi żmien meta l-istorja tirrepeti ruħha u li jistgħu jinqalgħu gwerer b’riżultat ta’ din il-forma ta’ tmexxija. Ħalluni, madankollu, nassigurakom li jekk Alla jrid, l-istituzzjoni tal-Kalifat tal-Aħmadija dejjem tkun magħrufa bħala dik li tkun fuq quddiem nett biex tmexxi l-kawża għall-paċi u għall-armonija fid-dinja.”

“Il-Kalifat tal-Aħmadija qiegħed ukoll hawn biex jipperpetwa u jkompli l-missjoni tal-Messija u l-Maħdi, għalhekk assolutament m’hemm l-ebda raġuni ta’ biża’ mill-Kalifat. Dan il-Kalifat jiġbed l-attenzjoni tal-membri tal-komunità lejn it-twettiq ta’ dawn iż-żewġ obbligazzjonijiet – id-drittijiet ta’ Alla u d-drittijiet tal-umanità – li għalihom il-Messija Mwiegħed ġie u bħala riżultat jipprova joħloq paċi u armonija fid-dinja.” 

Il-Kalifat- Ħolma jew RealtàDawn ir-refernzi huma ċari biżżejjed biex nifhmu li skont it-tagħlim tal-Koran, il-Kalifat Iżlamiku huwa dak li ġie stabbilit wara l-mewt tal-Fundatur tal-komunità Aħmadija li qed tmexxi l-kawża tal-ħidma għall-umanità. U l-kalifat tal-Istat Iżlamiku m’huwa xejn ħlief ħolma orribbli. 

It-tixrid tal-paċi fid-dinja huwa tassew ta’ importanza kbira. Iż-żmien qed jagħfas. Nappella biex, qabel ma jkun tard wisq, aħna lkoll nagħtu kas u attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet ta’ bħalissa. Nitlob ’l Alla biex isalva lilna mit-theddida tal-Istat Iżlamiku u mill-ideoloġija estremista tiegħu. 

*Il-Komunità Aħmadija Musulmana twaqqfet fl-1889 minn Ħażrat Mirża Gulam Aħmad. Huwa ddikjara lilu nnifsu bħala r-Riformatur u l-Maħdi li kien tant mistenni għax il-miġja tiegħu kienet imħabbra mill-Qaddis Profeta Muħammad. Il-Komunità Aħmadija temmen u tipprattik dak li tipproklamah bħala l-Iżlam il-veru, fil-purità kollha tiegħu, u temmen li l-ikbar Ġiħad huwa l-ġlieda biex tirriforma ruħek, ixxerred il-paċi u s-sliem, u tgħin lil dawk fil-bżonn. 

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Caliphate - Khilafat, Hazrat Mirza Masroor Ahmad, Holy Prophet Muhammad, Love for all - Hatred for none. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.