Domestic Violence

Image result for domestic violenceIL-VJOLENZA DOMESTIKA

Source/Credit: IT-TORĊA, Il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2016. Kitba ta: Laiq Ahmed Atif, President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, amjmalta@gmail.com

Il-vjolenza domestika hija imġiba li wieħed juża sabiex jieħu kontroll jew saħħa fuq il-partner tiegħu. Dan junkludi kull forma ta’ vjolenza fiżika jew theddida għall-vjolenza fiżika, kif ukoll l-abbuż finanzjarju, emozzjonali jew mentali li jiġu użati biex wieħed jikseb kontroll fuq in-naħa l-oħra taż-żwieġ tiegħu.

Din hija sfortuna kbira li kważi 90% vittmi tal-vjolenza domestika huma nisa. Meta xi ħadd jaqra l-fatti u ċ-ċifri dwar il-vjolenza fuq in-nisa, jirrealizza li huma xokkanti ħafna. Skont l-istatistiċi tal-Ġnus Magħquda, waħda minn kull tliet nisa jesperjenzaw il-vjolenza fiżika jew sesswali, li ħafna drabi tiġi minn sieħeb intimu.

Is-sitwazzjoni f’pajjiżna mhijiex differenti ħafna. Skont informazzjoni ppreżentata fil-Parlament, fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena kien hemm total ta’ 845 persuna li ġew imressaqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika. Minn dawn il-persuni, 571 kienu rġiel u 274 mara. Dawn iċ-ċifri xokkanti jqajmu dibattitu kontroversjali u ħafna mistoqsijiet.

Għalhekk, naħseb li huwa importanti li dan is-suġġett jiġi diskuss għaliex għadna qed nesperjenzaw ħafna każijiet tal-vjolenza domestika, u għaldaqstant irridu naraw kif nistgħu nevitawhom milli jseħħu.

Sabiex nevitaw dawn l-inċidenti sfortunati huwa kruċjali li nibdew naħdmu llum qabel għada, u minn djarna stess. Huwa importanti li l-mġiba tal-ġenituri għandha tkun iffukata fuq l-imħabba u r-rispett enormi bejn il-koppji sabiex uliedhom jitgħallmu minn età żgħira kemm ir-rispett huwa kruċjali għal relazzjoni u għas-saħħa tal-familja.

Dejjem ngħid u nibqa’ ngħid li t-tfal jew iż-żgħażagħ tal-lum huma l-mexxejja ta’ għada. Il-futur sod tan-nazzjon jitlob li nikkultivaw il-kwalitajiet tajba fi wliedna. Għalhekk jekk irridu nevitaw din il-vjolenza domestika mid-djar tagħna, għandna l-ħtieġa nistabbilixxu l-atmosfera tal-imħabba u tar-rispett enormi fil-familja.

It-tieni nett, il-ġenituri għandhom imexxu bl-eżempju, u fl-istess ħin għandhom ukoll jgħallmu lil uliedhom jipprattikaw dawn il-valuri fl-iskejjel u mal-ħbieb tagħhom u minn età żgħira jitgħallmu dawn il-valuri u l-prinċipji u jipprattikawhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Ħafna drabi dawk it-tfal subien li raw il-vjolenza fit-tfulija tagħhom, jew dawk is-subien li trabbew f’ambjent tens, magħfus u ppressat bil-vjolenza, meta jikbru jużaw il-vjolenza huma wkoll. Għax, il-vjolenza tkun daħlet ġo ħajjithom mill-bidu nett issir parti minnhom u ma jkunux jistgħu jinfirdu minnha.

Għalhekk, l-Iżlam jenfasizza ħafna dwar it-trattament xierqa u ħanin lejn il-mara f’kull irwol tagħha, bħala omm, mara, oħt jew bint. Meta t-tfal jikbru f’ambjent ta’ rispett u jaraw li l-missier jittratta lil ommu, lil martu, lil oħtu u lil bintu bir-rispett, l-imħabba u l-kumpassjoni, ma jkunx hemm raġuni li niddubitaw li meta jikber se juri r-rispett lejn il-mara.

Huwa wkoll ta’ importanza kbira li nifhmu li r-raġel u l-mara huma ekwi u ugwali u ħadd ma għandu jħoss l-ebda superjorità. In-nisa mhumiex inferjuri għall-irġiel imma huma ugwali mal-irġiel. “In-nisa għandhom drittijiet simli u ugwali għal dwak tal-irġiel fl-ekwità” (Il-Koran, 2:229).

Ħafna drabi dawn l-inċidenti jseħħu minħabba n-nuqqas ta’ sabar u minħabba li wieħed dejjem jara l-iżbalji tal-ieħor. Il-Koran Imqaddes jgħallem lill-irġiel biex juru ħniena lejn in-nisa u jgħid: “Ġibu ruħkom man-nisa bi tjieba; u jekk tobogħduhom, jista’ jkun li tobogħdu xi ħaġa li Alla qiegħed fiha ġid kbir” (Il-Koran, 4:20).

Finalment, naħseb li d-djalogu bejn il-koppja huwa strumentali fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. U kull meta xi differenza tinqala’ bejniethom, għandhom ippoġġu madwar il-mejda u jiddiskutu u jsibu s-soluzzjonijiet. In-nuqqas ta’ diskussjoni wkoll xi drabi jieħu forma ta’ vjolenza. Mingħajr dubju ta’ xejn, l-għarfien u l-edukazzjoni huma wkoll pilastri importanti għal soċjetà paċifika u tolleranti f’dinja fejn kollox huwa mgħaġġel minħabba l-ħakma teknoloġika.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Human Rights, Laiq Ahmed Atif and tagged , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.