Islamic Concept of Government

IL-FORMA TA’ GVERN FL-IŻLAM 

“L-Iżlam kif jiddefinixxi s-sovran, jew l-Istat? F’terminoloġija Iżlamika s-sovran jew il-Kalif huwa dak l-individwu rappreżentattiv li poplu ta’ nazzjon jaħtar għall-protezzjoni u s-superviżjoni tal-jeddijiet tiegħu kemm individwali kif ukoll kollettivi. L-Iżlam ma jirrikonoxxi l-ebda forma ta’ tmexxija ħlief dik ta’ gvern rappreżentattiv.

Il-Koran Imqaddes uża l-kelma Amanat (fiduċja) biex jiddeskrivi l-kunċett Iżlamiku ta’ gvern, jiġifieri, il-Kalif jeżerċita setgħa li tkun ingħatat lilu min-nies, u mhux setgħa li ħa hu stess bil-volontà tiegħu jew li ntirtet minnu bħala jedd mit-twelid. Din il-kelma weħidha hija biżżejjed biex turi n-natura u s-setgħat tas-sura Iżlamika ta’ tmexxija.

Il-Koran Imqaddes ma jitkellimx dwar is-setgħa ta’ tmexxija bħala xi ħaġa li tgħaddi mis-sovran għas-sudditi, iżda bħala xi ħaġa li tgħaddi mis-sudditi għas-sovran. Madanakollu, biex napprezzaw sewwa l-kunċett Iżlamiku tal-Istat, huwa neċessarju li nikkwotaw il-vers li, fil-qosor, iżda f’termini komprensivi, jiddeskrivi n-natura u d-dmirijiet tal-ħakkiema u tal-maħkumin. Il-Koran Imqaddes jgħid:

“Alla jamarkom biex tafdaw ir-responsabbiltà tat-tmexxija f’idejn dawk li huma denji tagħha, u dawk minnkom li ssiru mexxejja, għandhom jirrenjaw b’mod ġust; Alla jwiddibkom b’dak li huwa eċċellenti, tassew Huwa Jisma’ Kollox, Jara Kollox.” [Al-Nisa,4:59] 

Fl-ewwel parti ta’ din is-silta n-nies qed jingħadilhom li huwa f’idejhom biex jagħżlu l-mexxejja tagħhom, u li ħadd iżjed ma jista’ jaħtar mexxej fuqhom, jiġifieri, is-sovranità mhijiex ereditarja u ħadd mhu intitolat li jsir mexxej għaliex inzerta li huwa iben jew l-eredi ta’ ħakkiem preċedenti.

It-tmexxija mbagħad hija definita bħala fiduċja prezzjuża u n-nies huma mwissija biex ma jafdawhiex f’persuna li mhijiex denja ta’ dik il-fiduċja, iżda li jqiegħdu r-responsabbiltà f’idejn xi ħadd li jaqdi dmiru sewwa, b’onestà u b’fedeltà.

Imbagħad, is-silta tkompli tgħidilna li t-tmexxija mhijiex xi ħaġa indipendenti fiha nnifisha, iżda hija biss tqassim ta’ poteri bil-għan li ċerti drittijiet jiġu inforzati u protetti għaliex in-nies ma jistgħux jinfurzawhom u jħarsuhom b’mod individwali. Għalhekk, hija fiduċja u mhux proprjetà. Id-dritt għall-iggvernar jaqa’ primarjament fuq il-komunità u mhux fuq il-ħakkiem.

Dan tal-aħħar, madanakollu, jintqal lilu li l-awtorità mogħtija lilu hija forma ta’ fiduċja u li huwa ma jistax jabbuża jew jużaha ħażin, u li għandu jgħaddiha lill-benefiċjarji, fil-waqt tal-mewt tiegħu, mingħajr deterjorament jew diminuzzjoni, jiġifieri, huwa jrid joqgħod attent li jipproteġi l-interessi u d-drittijiet nazzjonali u individwali, u li m’għandu l-ebda jedd li jnaqqas jew iħassar xi partijiet minnhom.

Il-mexxejja u l-uffiċjali mbagħad jingħad lilhom biex jaqdu d-dmirijiet rispettivi tagħhom fl-oqsma tagħhom b’ġustizzja u b’fedeltà.

Il-vers imbagħad jindika li l-Musulmani se jabbandunaw din il-forma ta’ tmexxija, u biex jagħmlu bħal popli oħrajn, jerġgħu lura għal forma ta’ ggvernar li hija monarkika u ereditarja, iżda t-twiddiba ta’ Alla – dik li l-Musulmani għandhom jaderixxu l-forma rappreżentattiva ta’ tmexxija, jagħżlu l-aqwa mħuħ biex imexxuhom u jevitaw is-sistema ereditarja ta’ ggvernar – tforni l-aqwa parir. L-aħħar kliem tal-vers jindika li Alla għażel din is-sura ta’ tmexxija għaliex Huwa konxju tal-ħażen ta’ forom oħra ta’ ggvernar magħżula mill-bniedem, u għaliex Huwa sema’ t-talb ta’ dawk li sofrew taħthom, u li, għalhekk, il-Musulmani għandhom jaċċettawha u b’hekk juru l-gratitudni tagħhom għall-pjaċir li Alla għamlilhom.

Minn dan joħroġ ċar li l-forma Iżlamika ta’ gvern trid tkun ibbażata fuq sistema elettiva u rappreżentattiva, u li s-sovran irid jitqies bħala r-rappreżentant tal-poplu fil-kapaċità kollettiva u mhux individwali tagħhom.” 

(Din hi silta meħuda mill-Kitbiet ta’ Ħażrat Mirża Bashiruddin Maħmud Aħmadra – it-Tieni Suċċessur tal-Messija Mwiegħed u Maħdias, il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya fl-Iżlam. Anwarul Ulum, Vol.8, p.291-293.)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in #AhmadiyyaMalta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s