Jesus in the Holy Quran

ĠESÙ FIL-KORAN IMQADDES

Il-Musulmani għandhom imħabba u rispett kbir lejn Ġesù. Huwa parti integrali mis-sisien fundamentali tat-twemmin Iżlamiku li mhux biss jitqies bħala att ta’ korteżija, iżda li wieħed jemmen ġenwinament fil-verità u l-unur tal-messaġġiera kollha ta’ Alla, inkluż Buddha, Krishna, Mosè, Ġesù, u Muħammad, il-paċi tkun fuqhom ilkoll. Il-Koran Imqaddes isostni:

“Għidu: ‘Aħna nemmnu f’Alla, u f’dak li ġie muri lilna, u f’dak li ġie muri lil Abraham, u lil Ismagħel, u lil Iżakk, u lil Ġakobb, u lit-tribujiet, u f’dak li ngħata Mosè u Ġesù, u f’dak li ngħataw il-Profeti minn Sidhom. Aħna ma nagħmlux distinzjoni bejn ħadd minnhom, u aħna f’Idejh intlaqna.”’ (Il-Koran Imqaddes – 2:137)

Il-Koran Imqaddes jiddikjara li Ġesù (il-paċi tkun dejjem fuqu) twieled b’mod mirakoluż mid-devota verġni Marija, u huwa xhieda kostanti tas-safa u tal-karattru nobbli tagħha. Il-Koran Imqaddes jagħti prestiġju kbir lil Marija u jirrifjuta kull akkuża miġjuba lejha. Jistqarr ukoll li omm Ġesù kienet mara twajba ħafna u li x-Xitan ma kellu l-ebda sehem fit-twelid ta’ Ġesù.

Il-Koran Imqaddes jitkellem apertament dwar id-dedikazzjoni, il-pjetà, in-nobbiltà, u l-ħniena ta’ Ġesù. Il-Koran Imqaddes jgħid:

“U lil Ġesù bin Marija tajnieh sinjali ċari u qawwejnieh b’Ruħ il-Qodos (l-Anġlu Gabrijel).” (2:88 u 2:254)

“U Żakkarija, Ġwanni, Ġesù u Elija, kollha mill-ġusti, u Ismagħel, Eliżew, Ġona u Lot; kollha ppreferejniehom mill-oħrajn.” (6:86-87). “Dak huwa Ġesù bin Marija. Dan huwa kliem is-sewwa li huma jiddubitaw.” (19:35)

“Tassew, il-Messija Ġesù bin Marija ma kienx għajr il-mibgħut ta’ Alla u twettiq tal-kelma Tiegħu li nissel f’Marija, u grazzja mingħandu.” (4:172)

“Qal (Ġesù): ‘Jien tabilħaqq il-qaddej ta’ Alla! Huwa tani l-Ktieb u għamilni Profeta. Huwa għamilni mbierek, kull fejn inkun.’” (19:31-32)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Jesus and tagged , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.