Serving Humanity with Love and Compassion

Insara u Musulmani f’Malta jingħaqdu biex iferrħu lil min jinsab waħdu

 

Żmien ta’ festi u ċelebrazzjonijiet iservi wkoll ta’ okkażjoni biex uħud jaqtghu ftit mis-solitudni u jissoċjalizzaw f’attivitajiet u inizjattivi li jsiru għalihom. Waħda minn dawn l-attivitajiet kienet ikla organizzata mill-Komunità Ahmadiyya Musulmana flimkien mal-Għaqda Nanniet għall-anzjani li jgħixu waħedhom.

Fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa fl-Imsida mitt persuna li normalment jkunu fis-solitudni ngħaqdu flimkien f’ikla tradizzjonali mħejja mill-Kommunità Ahmadiyya Musulmana f’Malta.

L-Imam u l-President tal-Kommunità Ahmadiyya Ahmed Atif, qal li f’dan iż-żmien ta’ festi ħassew il-bżonn li jorganizzaw din l-ikla għall-anzjani u nanniet li jbatu mis-solitudni.

“L-isbaħ ħaġa li niċċelebraw dawn il-mumenti ma’ ħaddieħor għax fl-aħħar mill-aħħar l-umanità hija komuni bejnietna nħobbu l-kommunità mill-qalb tagħna.”

Il-voluntiera tal-kommunità Ahmadiyya ppreparaw ikla tradizzjonali Ażjatika li kienet tinkludi ross bit-tiġieġ u ċ-ċanga, ħxejjex friski u deżerti tradizzjonali.

Ma’ Television Malta stqarr li l-ikel nnifsu m’huwiex ta’ importanza hekk kif l-aktar ħaġa sinifikanti hi l-imħabba u r-rispett li huma fil-qofol ta’ din l-inizjattiva.

Philip Chircop il-President u fundatur tal-Għaqda Nanniet Malta faħħar l-inizjattiva tal-Imam waqt li qal li l-għaqda Nanniet Malta qed tiffoka ħafna fuq il-ġerħa tas-solitudni. Qal li din l-ikla għenet sabiex tesponi l-kulturi u twemmin differenti fil-gżejjer Maltin.

“Innaqqsu xi tip ta’ razziżmu li jista’ jkun hawn. Li aħna nistgħu naħdmu flimkien bl-ideoloġiji tagħna ta’ tolleranza u solidarjetà u dawk huma l-valuri tagħna l-kattoliċi qed nferrħu mitt ruħ li f’dawn iż-żmien ta’ festi jkunu waħedhom fis-solitudni f’dawn iż-żminijiet ta’ ferħ.”

Il-moviment Ahmadiyya beda fl-Indja fl-1889 u illum huwa mifrux f’bosta pajjizi fejn hemm komunitajiet musulmani u b’differenza għall-fergħat oħra tal-Iżlam, jemmnu li l-qaddis profeta Mohammed diġà ġie fir-reliġjon Iżlamika u għamel ħafna riformazzjoni.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Humanity First, Serving Mankind, Solidarijetà, Solidarity, www.Ahmadiyya.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.