Pandemic Coronavirus Covid-19

Il-Pandemija ta’ Covid-19 – Pandemic Covid-19

Alla tagħna Mimli bil-Grazzji, Dejjem Ħanin – Sid tad-dinjiet kollha, aħna nirrikorru għalik f’dan iż-żmien diffiċli u bla preċedent fl-istorja tal-bniedem, biex tagħtina l-maħfra, l-għajnuna, id-direzzjoni, il-mogħdrija u barkiet infiniti.

Mulej tagħna, inti ggwidajtna fil-Koran Imqaddes, il-Ktieb Qaddis Tiegħek li:

“Taqtgħu qalbkom qatt mill-ħniena ta’ Alla. (39:54)

Alla tad-dinjiet kollha Mimli bil-Grazzji, Dejjem Ħanin, illum aħna mdejqin ħafna, aħna nazzjon imdejjaq, qegħdin fi gwerra ma’ vajrus qerriedi li qed jhedded li ma jħallix lil pajjiżna, u fiż-żgur lill-umanità kollha, jeżisti aktar.

Għalhekk f’dawn iċ-ċirkostanzi, aħna niftakru fil-garanzija li tajtna li ‘m’għandna naqtgħu qalbna qatt mill-ħniena Tiegħek’.  

Mulej tagħna Mimli Mħabba u Ħniena, b’mod umli ħafna aħna nagħrfu l-fatt li wasalna f’punt li xejn ma jista’ jfejjaqna ħlief il-mogħdrija tiegħek. U għalhekk, b’dan l-inkwiet, aħna nitolbuk li għandna bżonn tal-ħniena Tiegħek.

Għandna kull fiduċja u tama li Inti l-Mulej Ħanin tagħna se jkollok ħniena minna. Il-għaliex, huwa Int li għedt fil-Ktieb Qaddis Tiegħek, il-Koran Imqaddes (2:187) li, kull meta l-qaddejja tiegħi jsibu ruħhom f’sitwazzjoni inkwetanti, u jsaqsu għalija, għidulhom li Jien ninsab fil-qrib, jiena parti minnkom. U kull meta, f’kull ħin, xi ħadd mill-qaddejja mwarrba, iddisprati u mdejqa tiegħi jsejħuli, jiena dejjem weġibt b’mod siewi għal dawn is-sejħiet ta’ wġigħ il-qalb. Għalhekk, inħeġġiġkom biex ma taqtgħux qalbkom u isimgħu minni. U nitlobkom temmnu fija, mhux biss bħala s-Sid u l-Ħallieq tagħkom, iżda emmnu wkoll fil-ħiliet tiegħi li nista’ nsalvakom u nħariskom mill-effetti devastanti ta’ kull epidemija u sofferenzi.

Mulej tagħna, flimkien nitolbuk biex issalvana mill-qerda kkawżata minn dan il-vajrus Covid-19 u minn kull pandemija simili oħra. Nitolbuk biex ikollok ħniena minna.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Allah Almighty, Coronavirus, Id-Dawl, Id-Dawl Magazine, pandemic, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.