IT-TAMA
Is-sena 2020 kienet sena mimlija ġrajjiet b’tant affarijiet ġodda li d-dinja qatt ma immaġinathom qabel. Il-pandemija tal-Covid-19 biddlet l-istruttura sħiħa tad-dinja. Ġabet magħha metodi u ideat ġodda ta’ kif ngħixu, naħdmu u naġixxu ma’ xulxin. Rajna rivoluzzjoni fit-teknoloġija, l-ekonomija dinjija sofriet immens u l-faqar żdied bil-kbir. Bla dubju ta’ xejn, is-sena 2020 tibqa’ mfakkra għal ġenerazzjonijiet sħaħ.
Bil-barka ta’ Alla u bit-tħabrik iebes tal-esperti mediċi, fl-aħħar qed nilmħu r-raġġi ta’ tama u dawl fit-tarf tal-mina tal-pandemija tal-Covid-19.
Ejja nibdew l-2021, din is-sena l-ġdida, b’talb sinċier u tama kbira.
Jalla Alla Omnipotenti jagħmel din is-sena u tassew kull sena ta’ warajha, waħda paċifika, mimlija risq u saħħa għall-umanità kollha. Ammen.