Unity is Strength

FL-GĦAQDA HEMM IS-SAĦĦA

Bla dubju fl-għaqda hemm is-saħħa. Dan ifakkarni fi storja ta’ persuna għaqlija li kellha seba’ wlied subien. Fix-xjuħija tiegħu, meta ħaseb li jista’ jitlaq minn din id-dinja fi kwalunkwe mument partikolari, ried jgħallem lil uliedu lezzjoni prezzjuża tal-ħajja.

Ġurnata waħda talab lil wieħed minnhom biex iġiblu qatta oħtra. Imbagħad ta ftit minnhom lil kull iben, u qalilhom biex jippruvaw ikissruhom. Għalkemm kollha ppruvaw minn kollox, ħadd ma kien kapaċi jkisser il-qatta tal-oħtra. Il-missier imbagħad ħall il-qatta u ta l-oħtra lil uliedu biex ikissruhom wieħed wieħed. Dan għamluh faċilment u malajr, mingħajr ebda diffikultà.

Ir-raġel għaref imbagħad qam bilwieqfa u indirizza lil uliedu u qal li jrid li jibqgħu magħquda; kieku jħallu d-diviżjoni tikber fosthom, kulħadd jista’ jkissirhom, bħall-oħtra. Jekk madankollu jibqgħu magħquda bħall-qatta oħtra, ħadd qatt ma jkollu l-poter li jagħmillhom il-ħsara. Jekk jaqblu ma’ xulxin u jgħinu lil xulxin, ikun impossibbli għall-għedewwa tagħhom li jweġġgħuhom. Imma jekk ikunu mifruda bejniethom, ma jkunux iktar b’saħħithom minn ħatar wieħed fil-qatta.

L-GĦAQDA NAZZJONALI

M’hemm xejn aħjar minn nazzjon magħqud, għax meta nazzjon jiġbed l-istess ħabel, il-pajjiż jimxi ’l quddiem u l-frott tal-progress jasal għand kulħadd. Imma jekk il-poplu huwa maqsum dan jaffettwa ħafna negattivament fuq il-paċi, is-sigurtà, il-progress ekonomiku u l-kompetizzjoni attiva u b’saħħitha tal-pajjiż. Għax ħafna mill-enerġiji se jinħlew fuq affarijiet mhux importanti minħabba d-diviżjoni. Poplu maqsum ma jistax jiffoka fuq l-affarijiet ta’ ġid komuni.

Għalhekk, huwa ferm importanti li flimkien niġbdu ħabel wieħed u nsiru poplu magħqud fid-diversità. Id-differenzi naturali tagħna m’għandhomx jagħmluna nazzjon maqsum u mfarrak, iżda dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala mezz għal kompetizzjoni b’saħħitha. Il-Koran Imqaddes (2:149) jiggwidana f’din il-kwistjoni u jgħid li: “Għandkom tikkompetu ma’ xulxin f’għemejjel tajba u f’xogħlijiet utli.”

IL-KONFERENZA NAZZJONALI

Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu, Dr George Vella, ħass li hemm il-ħtieġa tal-għaqda fil-pajjiż u wera l-fehma li hemm ħafna oqsma li jeħtieġu għaqda fost il-poplu Malti biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ’l quddiem. Għalhekk, se tiġi organizzata konferenza nazzjonali fuq it-tema tal-għaqda nazzjonali.

Il-President George Vella saħaq fuq il-ħtieġa tal-għaqda fil-pajjiż u qal li din l-għaqda ma tiġix biss bix-xewqa, iżda l-poplu jrid jaħdem għaliha hu.

Meta u kif nistgħu niksbu l-għaqda nazzjonali vera? Fil-qosor nista’ ngħid li dan jiddependi minni, minnek, u tabilħaqq minn kull membru individwali tas-soċjetà. Kemm għandu raġun poeta li jiddeskrivi dan fil-poeżija tiegħu, fejn jistaqsi u jwieġeb. Hu jgħid: “Meta  se  jinbidel  l-istaġun tal-forza? Jekk ninbidlu aħna allura jinbidel hu.”

MAGĦQUDA NKUNU B’SAĦĦITNA

Nemmen li nistgħu niksbu l-għaqda nazzjonali biss meta kulħadd jagħti sehmu, meta niġbdu ħabel wieħed, meta nkunu lesti li nagħmlu ħilitna kollha sabiex insiru poplu magħqud. Kemm għandu raġun meta wieħed jgħid: “Magħquda nkunu b’saħħitna, mifruda ma niswew xejn.”

L-edukazzjoni, l-għarfien u r-rispett reċiproku huma pilastri bażiċi fir-rigward l-għaqda nazzjonali. Barra minn hekk l-ambjent tad-djar huwa wkoll għodda kruċjali.Għax pajjiż jew soċjetà huwa l-prodott ibbażat fuq l-ambjent tal-familji u d-djar tiegħu. Jekk m’għandniex il-paċi, it-trankwillità u l-għaqda fi ħdan il-familji tagħna allura ma nistgħux niksbu l-għaqda fuq livell nazzjonali.

Ejja nippromwovu u tabilħaqq nistabbilixxu ambjent ta’ mħabba, paċi, armonija, kompassjoni u għaqda fid-djar tagħna, fis-soċjetà tagħna u tabilħaqq f’pajjiżna. Għal aktar tagħrif, http://ahmadiyya.mt/iddawl_dir/Id-Dawl_Numru_039.pdf

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in #AhmadiyyaMalta, Ahmadiyya Malta, Unity, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.