Attaining purity

Il-ksib tas-safail-Leħen, il-Ħadd 30/05/2021

Alla ħalaq l-umanità bħala l-aqwa ħolqien. Alla jixtieq li l-bnedmin għandhom ikunu mudelli eżemplari; u li l-bnedmin għandhom jimmanifestaw l-attributi ta’ Alla fil-karattru tagħhom u fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

Il-bniedem għandu jkun il-manifestazzjoni vera tal-attributi ta’ Alla. Għandu biex dejjem jipprova li jwettaq għemejjel tajba.

L-astinenza mid-dnub weħidha mhix xi ħaġa kbira fiha nnifisha. Ħafna annimali ma jwettqu l-ebda dnub, allura dawn jippretendu li huma perfetti?

Il-fatt hu li l-bniedem inħalaq għal għan ferm ikbar. Nistgħu aħna nippretendu li niġu ppremjati minn xi ħadd minħabba l-fatt li ma nkunu għamilnielu l-ebda deni? Le, tassew; huma l-għemejjel magħmula b’mod sinċier u b’lealtà sħiħa li jwasslu lil xi ħadd biex ikun jistħoqqlu li jiġi rikonoxxut u ppremjat.

Alla jixtieq li l-umanità għandha tgħix fil-paċi, tissodisfa d-drittijiet ta’ xulxin u tagħti kas u ttejjeb il-purità. Mingħajr azzjonijiet, sempliċiment il-kliem u x-xewqat ma jfissru xejn. Huwa għalhekk li dawk in-nies biss li jirreżistu kull ħażen u jagħmlu minn kollox biex iwettqu dak kollu li hu tajjeb se jkunu bħala l-aqwa ħolqien. Il-bniedem għandu jkun iktar imnikket u inkwetat dwar jekk għandux tieba jew le, u dan it-tħassib għandu jegħleb l-inkwiet u n-niket tad-dinja kollha.

Alla jgħid fil-Koran Imqaddes li l-fidil jista’ jikseb il-perfezzjoni biss jekk hu jnaqqas ix-xewqa għad-dnub u jmur ’il bogħod mix-xitan, u fl-istess ħin jagħmel kull għemil tajjeb u jimla l-qalb bl-imħabba ta’ Alla.

Biex wieħed jikseb is-safa u biex jgħix ħajja ġusta u perfetta mhijiex xi ħaġa faċli. Il-bniedem dejjem ifittex li jikseb ħajja pura li togħġob lil Alla. Imma ħafna drabi ma jafx kif jista’ jikseb il-ħajja purissima.

Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana juri t-triq u jispjega l-modi li jwasslu għal dik il-funtana ta’ hena u purità eterna. Hu jgħid li l-fatt hu li s-safa vera tinkiseb meta wieħed sinċerament jindem minn ħajja midinba u jħabrek biex jgħix ħajja ta’ devozzjoni, li għaliha jeħtieġu tliet kundizzjonijiet.

L-ewwel, determinazzjoni sħiħa u sforz qawwi biex wieħed jeħles minn ħajja ħażina skont kemm għandu setgħa li jagħmel dan.

It-tieni kundizzjoni huwa t-talb; wieħed għandu jitlob bil-qalb lil Alla ħalli Dan jeħilsu minn din il-ħajja żienja b’idu stess, u jkebbes tali nar f’qalbu li jirriduċi l-ħażen kollu fi rmied, u jagħtih tant setgħa li jkun kapaċi jegħleb il-passjonijiet karnali kollha. Għandu jkompli jitlob lil Alla sakemm jasal il-waqt meta dawl Divin jixgħel f’qalbu u raġġ brillanti jaqa’ fuq ruħu biex itajjar id-dlamijiet kollha, jegħleb id-dgħufijiet tiegħu u jġib bidla radikali fih, għaliex it-talb bla dubju ta’ xejn għandu qawwa kbira.

It-tielet kundizzjoni hija li wieħed iżomm il-kumpanija tat-tajbin u ta’ dawk li huma perfetti, għaliex lampa tixgħel lil oħra.

Dawn huma tabilħaqq it-tliet metodi tal-ksib tal-ħelsien mid-dnub u metodi tal-ksib tas-safa u, meta jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, ikunu finalment imberkin bil-grazzja Divina.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.