Love For All, Hatred For None

IMĦABBA GĦAL KULĦADDMIBEGĦDA GĦAL ĦADD

LAIQ AHMED ATIF: President tal-Komunità Ahmadiyya Iżlamika

MARY GAUCI President Happy Parenting – Malta | It-Torċa | 14/11/2021

Happy Parenting tikkollabora ma’ diversi għaqdiet fosthom mal-Komunità Ahmadiyya Iżlamika. Saru diversi laqgħat u skambji ta’ ideat. Fil-fatt, jien personalment attendejt għal attività ħelwa fejn kienu mistednin rappreżentanti minn Għaqdiet u reliġjonijiet diversi bit-tema Imħabba għal kulħadd fejn kienet tinħass qawwija l-ħtieġa li nfittxu dak li jgħaqqadna biex naħdmu flimkien.

Min-naħa tiegħu, Atif, flimkien ma’ wħud minn sħabu, żaru Dar Christine fir-Rabat Għawdex. Dar Christine hi waħda mill-kumplessi li se jintużaw għal residenza terapewtika f’każijiet ta’ Parental Alienation.

Atif iltaqa’ wkoll mal-Interns tal-istess Happy Parenting Malta (For Happier Children) fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Wara li nnota l-ħtieġa tagħhom li biex jaħdmu aħjar għandhom bżonn laptop, Atif offra donazzjoni ta’ 2 laptops lill-NGO biex ikunu jistgħu jintużaw mill-Interns.

Il-preżentazzjoni se ssir il-Ħadd filgħaxija waqt waħda mil-laqgħat tal-Parental Alienation Support Group fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħ’Attard.

Il-Komunità Ahmadiyya Iżlamika tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u tar-rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Hi tikkundanna bil-qawwi l-vjolenza u t-terroriżmu ta’ kull għamla jew raġuni. Kull Aħmadi li jgħix fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja, hu ċittadin leali tassew ta’ dak il-pajjiż, u jħobbu ġenwinament.

SERVIZZ GĦALL-UMANITÀ

L-Iżlam jagħti servizz lejn l-umanità. Per eżempju, il-komunità waqqfet skejjel miftuħa għal kulħadd f’ħafna pajjiżi, tgħin fil-bżonnijiet mediċi u edukattivi, mhux biss għall-membri tagħha iżda wkoll għall-komunitajiet fejn joqogħdu huma. Il-Komunità fetħet ukoll ħafna kliniċi tal-mediċina u sptarijiet li joffru għajnuna medika b’xejn. Fl-Afrika dawn l-għajnuniet servew lin-nies tal-lokal għal għexieren ta’ snin.

Il-Komunità Ahmadiyya nehdiet numru kbir ta’ proġetti soċjali biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ pajjiżi fl-Affrika u fl-Asja, u jgħinu l-vittmi tal-gwerer u diżastri naturali fl-Indja, fil-Ħaiti, fil-Ġappun, fit-Turkija, fil-Bosnija, fil-Kosovo, fis-Sri Lanka, fl-Indonesja, fil-Kaxmir, fil-Bangladexx u fil-Pakistan.

F’dawn l-aħħar snin, il-Komunità Ahmadiyya f’Malta pparteċipat f’ħafna attivitajiet ta’ karità, fosthom l-Istrina u l-Ġirja mal-President għall-Karità, offriet għotjiet ta’ flus jew hampers lill- Malta Community Chest Fund, lid-Dar tal-Providenza, lil The Malta Hospice, lin-National Foster Care Association u lil St. Vincent de Paul Residence’. Il-Komunità għamlet ukoll ħafna xogħol ta’ karità fil-kamp tar-fefuġjati.

Aktar tagħrif dwar il-Komunità Ahmadiyya Iżlamika jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku: http://www.ahmadiyya.mt, http://www.ahmadiyyamalta.org .

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Love for all, Love for all - Hatred for none, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.