What does solidarity mean?

Xi tfisser is-solidarjetà?

Laiq Ahmed Atif | Il-Leħen | Sunday 6 November | amjmalta@gmail.com

Is-solidarjetà hija valur mill-isbaħ. Imma xi tfisser din il-kelma tant sabiħa? Ħafna drabi n-nies jaħsbu li s-solidarjetà tfisser meta xi ħadd f’pajjiżna jew membru tal-familja, mill-qraba u l-ħbieb, ikun f’xi diffikultà jew għandu xi bżonn partikolari u nkunu miegħu f’dawk il-mumenti diffiċli; din hija s-solidarjetà.

Huwa minnu u, kif jgħidu ‘charity begins at home’, li s-solidarjetà tibda mid-dar, imma ċ-ċirku tagħha mhix limitata sad-dar, imma dan huwa valur li m’għandu l-ebda fruntieri, l-ebda ħitan; u huwa bla limitu.

L-ispirtu reali ta’ sagrifiċċju

Il-bniedem veru jibda din il-mixja tas-solidarjetà miċ-ċokon tiegħu imma mbagħad ikompli jespandi, ikompli jżid din it-tjubija u servizz u ma jċaħħad lil ħadd minnu. L-ispirtu reali ta’ servizz u sagrifiċċju huwa li nissagrifikaw kontinwament u l-ambitu tagħna għandu jitwessa’. U li ma nżommu l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni lejn ħadd u li wieħed ikun impenjat għas-servizz tal-umanità hija s-solidarjetà reali. Inkella, ikun eżerċizzju bla sens u ta’ egoiżmu u importanza personali.

Tkun qalbek tajba ma’ kulħadd

Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya jgħid li, iċ-ċirku ta’ dawk li lilhom trid tintwera l-qalb tajba, huwa vast ħafna. L-ebda nies jew individwi m’għandhom jiġu esklużi. Ma ngħidlekx, bħall-poplu injorant ta’ din l-età, biex tillimita l-qalb tajba tiegħek mal-Musulmani, jew man-nies tal-fidi partikolari.  

Le! Jien ngħid li trid tkun qalbek tajba mal-Ħlejjaq kollha ta’ Alla, ikun min ikun, jew ikun xi jkun, kemm jekk Ħindu, Nisrani jew Musulman jew xi ħadd ieħor. Qatt ma jogħġobni d-diskors ta’ nies bħal dawn li jfittxu li jillimitaw il-qalb tajba għal tagħhom. Kemm-il darba għedt li qatt m’għandek tagħmel iċ-ċirku tiegħek inqas jew iqsar jew tillimita t-turija ta’ qalb tajba tiegħek.

L-attributi ta’ Alla

Irridu nipprattikaw l-attributi ta’ Alla f’ħajjitna u rridu nippruvaw insiru ġenerużi u nimxu fuq il-passi Tiegħu. Qatt Alla rristrinġa l-barkiet Tiegħu? Qatt ċaħħad lil xi nazzjon jew poplu mill-ħniena Tiegħu? Hemm xi nazzjon li huwa mċaħħad mix-xemx, l-arja, ix-xita, l-ikel, l-ilma eċċ. jew xi ħtieġa bażika oħra? Għalhekk, meta l-Ħallieq tagħna huwa Sid id-dinja kollha u ta’ kull nazzjon, allura għaliex għandna nillimitaw is-solidarjetà, l-imħabba u l-kompassjoni tagħna?

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.