EVITAW L-INTERESSI
Alla jneħħi l-interessi u jżid il-karità. (2: 277)
O intom li temmnu! Ibżgħu minn Alla u ċedu dak li jibqa’ mill-interessi, jekk tassew temmnu. (2: 279)
O intom li temmnu! Taħtfux l-interess li jinvolvi żidiet diversi; u ibżgħu minn Alla sabiex tistgħu tirnexxu. (3: 131)
Dak li tħallas bħala mgħax li jista’ jżid il-ġid tan-nies, ma jiżdiedx quddiem Alla; imma dak kollu li tagħti f’Żakaat (karità) għall-imħabba ta’ Alla—huma dawn li jżidu ħafna l-ġid tagħhom. (30:40)
Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, il-Kap Dinji tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, jgħid: “Il-Koran Imqaddes iggwidana (dwar l-interessi) billi jgħid: aħarbu l-interessi għaliex l-interessi huma saħta tant li huma periklu għall-paċi domestika, nazzjonali u internazzjonali. Ġejna mwissija li dak li jaċċetta l-interessi jum wieħed ikun dak li Satana jkun ikkastigah bil-ġenn. Għalhekk aħna l-Musulmani ġejna mwissija biex naħarbu sitwazzjoni bħal din, nieqfu ninnegozjaw fl-interessi għaliex il-flus li jiġu mill-interessi ma jkabbrux il-ġid tiegħek, għalkemm fid-dieher jidhru li qed jiżdiedu. Hu inevitabbli li jiġi żmien meta l-effetti veri joħorġu. Barra minn hekk, aħna ġejna mwissija li ma nistgħux nidħlu f’negozju ta’ interessi, bi twissija li jekk aħna nagħmlu hekk, inkunu qed immorru kontra r-rieda ta’ Alla… Alla Omnipotenti jgħid: Ersqu lejn il-paċi li tista’ tkun biss garantita meta jkun hemm kummerċ ġenwin u ta’ ġid u meta r-riżorsi jitqiegħdu għall-użu b’mod propju u ġust… Infakkar li l-paċi vera tad-dinja tinstab biss billi nduru lejn Alla. Jalla Alla jagħmel possibbli li d-dinja tifhem dan il-punt u mbagħad il-bnedmin ikunu jistgħu jaqdu d-dmir lejn id-drittijiet tal-oħrajn.” (Il-Kriżi Dinjija u t-Triq għall-Paċi, p. 37-38)