The need for true justice

Il-bżonn ta’ ġustizzja vera

Illum il-ġurnata kelma waħda tidher iktar sabiħa minn qatt qabel. Kelma żgħira li kull wieħed minna jrid jisma’ u jrid jara madwaru l-atmosfera tagħha. Din il-kelma hi “paċi”. Kemm hi żgħira però waħda mill-iktar kelmiet importanti taż-żmien li aħna ngħixu fih. Il-paċi tagħtina l-garanzija tar-relazzjonijiet it-tajba fil-familiji tagħna li huma importanti għat-titjib tas-soċjetajiet tagħna, u l-paċi tiggwidana għal triq is-sewwa biex niksbu suċċess kbir fil-ħajja tagħna.


Imma l-mistoqsija hi: kif nistgħu nistabbilixxu l-paċi fis-soċjetajiet tagħna kif ukoll madwar id-dinja? Jekk aħna bħala bnedmin irridu li nistabbilixxu l-paċi fid-dinja, allura hu importanti li kull wieħed minna jifhem li dan hu d-dmir tagħna, ta’ kull wieħed minna, raġel jew mara, żagħżugħ jew anzjan, sinjur jew fqir u nissagrifikaw lilna nfusna u naħdmu b’qawwa kbira u mingħajr għajja biex nilħqu dan l-għan.


Issa llum meta d-dinja qed issir raħal globali hu importanti li nippruvaw inwasslu l-messaġġ tal-paċi lil kulħadd, bla differenza ta’ reliġjon, ta’ razza jew ta’ nazzjonalità.


Jekk irridu li l-paċi tiġi stabbilita allura hu meħtieġ li nistabbilixxu l-ġustizzja vera f’kull qasam tal-ħajja u nagħtu l-ġustizzja ndaqs lil kulħadd, lil kull pajjiż u lil kull nazzjon.


Kif għandna nistabbilixxu l-ġustizzja u nippromwovu l-paċi, l-imħabba u l-ħbiberija bejn l-aħwa fis-soċjetà? Alla jgħid: “U meta titkellmu osservaw il-ġustizzja, ukoll jekk il-persuna kkonċernata tkun tiġi minnek, u ssodisfa l-patt ta’ Alla.” (Kap 6 : Vers 153)


Il-ġustizzja teħtieġ li anke jekk ikollok tixhed kontra l-għeżież tiegħek, allura agħmel hekk. Illum meta nħarsu aktar fil-qrib madwarna, nosservaw li ħafna mit-tilwim u kawżi ta’ nuqqas ta’ ftehim fost il-bnedmin huma għax ma josservawx il-ġustizzja kif jixraq. Aħna naħsbu biss fl-interessi personali tagħna biex nakkwistaw xi ħaġa, jew f’dawk tal-għeżież tagħna, mingħajr ma nqisu l-fatt li oħrajn jistgħu jweġġgħu bl-azzjonijiet tagħna u ladarba l-motivi ta’ lmenti tagħna jiżviluppaw ikun diffiċli ħafna biex neliminawhom.


Il-paċi vera titlob minna li aħna nuru rispett kbir lil xulxin bl-imħabba u nirrispettaw is-sentimenti tal-oħrajn. Ftit snin ilu xi gazzetti ppubblikaw l-karikaturi tal-Profeta tal-Iżlam u weġġgħu s-sentimenti tal-Musulmani li jgħixu madwar id-dinja. F’April rajna wkoll kif ftit nies ivvandalizaw il-billboards taż-żjara tal-Papa, il-mexxej dinji tal-Knisja Kattolika u weġġgħu is-sentimenti tal-poplu Malti u kattoliċi oħrajn.


Aħna nikkundannaw dawn l-għemejjel bil-qawwa u nemmnu fir-rispett lejn kulħadd speċjalment lill-persuni reliġjużi għax dan hu valur sabiħ tal-umanità. Ir-rispett għandu pożizzjoni ċara u importanti għall-promozzjoni tal-paċi.


Fid-dinja u fis-soċjetajiet tagħna jgħixu nies ta’ razez u ta’ reliġjonijiet differenti u għas-sopravivenza tal-paċi hu meħtieġ li aħna nirrispettaw il-ħsus u s-sentimenti ta’ xulxin.


Jekk aħna rridu li nies oħrajn juru r-rispett lejna, allura hu meħtieġ li aħna wkoll nuru rispett kbir lejhom.


Kif ngħidu bl-Ingliż li “love creates love”, jiġifieri imħabba toħloq imħabba, l-istess nistgħu ngħidu li “ir-rispett joħloq ir-rispett”.


Punt ieħor biex nistabbilixxu l-paċi hu li aħna nżommu nfusna ’l bogħod mir-regħba għax ir-regħba u l-għira għall-ġid tal-oħrajn huma l-kawża ta’ aktar inkwiet fid-dinja. Kompetizzjoni ta’ regħba fuq bażi nazzjonali bdiet u ħaditna lejn il-qerda tal-paċi fid-dinja.


Dan hu ppruvat bl-istorja u kull bniedem sensibbli jista’ jassessja li x-xenqa għall-ġid tal-oħrajn tikkawża nvidja u regħba biex jikbru u din hi s-sors ta’ telf tal-paċi.


Jekk nixtiequ li aħna naraw l-paċi vera fis-soċjetajiet tagħna kif ukoll fid-dinja kollha hu importanti li nistabbilixxu l-ġustizzja vera, nirrispettaw is-sentimenti tal-oħrajn, nuru rispett kbir lil xulxin, noħolqu l-imħabba bejnietna, nagħtu d-drittijiet lill-oħrajn, u naħdmu biex nippromwovu t-tajjeb u s-sewwa fis-soċjetajiet tagħna biex id-dinja ssir kenn ta’ paċi.

Laiq Ahmed Atif hu l-President ta’ Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta

{Illum: Il-Punt | 23 ta’ Mejju 2010 • Nr 187} http://www.illum.com.mt/2010/05/23/ilpunt.html

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.