Zero Tolerance for FGM

Tolleranza Żero għal FGM

6 ta’ Frar il-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza Żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili

Id-Drittijiet tan-Nisa huma Drittijiet Umani

Kull sena s-sitta ta’ Frar hija ċċelebrata bħala l-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza Żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) bħala parti mill-kampanja tan-Nazzjonijiet Uniti biex ittemm il-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa u l-bniet. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) tinkludi proċeduri, ‘li jinvolvu t-tneħħija parzjali jew totali tal-organi ġenitali femminili minn barra, jew tidrib ieħor lill-organi ġenitali femminili għal raġunijiet li mhumiex mediċi.’ M’hemm l-ebda benefiċċji mediċi magħrufa ta’ din il-prattika, iżda ħsara biss li jinkludu fost affarijiet oħra, tnixxija severa ta’ demm, infezzjonijiet, problemi urinarji u żieda fir-riskju ta’ mewt ta’ trabi.  

Minkejja dawn l-effetti negattivi, proponenti tal-FGM ilhom ħafna jsostnu li din l-użanza hija essenzjali biex tassigura li mara tibqa’ verġni qabel iż-żwieġ u hija simbolu tal-virtù u d-dinjità ta’ mara. Interessanti li filwaqt li ma nafux fiċ-ċert l-oriġini tal-FGM, huwa maħsub li din id-drawwa tmur lura għal aktar minn 2000 sena – sal-Eġizzjani tal-qedem fejn kienet tiġi pprattikata bħala sinjal ta’ distinzjoni qalb l-aristokratiċi.

B’għeruq daqstant preistoriċi, wieħed jista’ jgħid li din l-użanza ma ġietx introdotta mill-Iżlam, kif fil-fatt ħafna jallegaw. Fil-verità, il-Koran Imqaddes u l-Profeta Muħammadsa qatt ma tkellmu dwar l-FGM.

Barra minn hekk, huwa diffiċli nimmaġinaw kif il-Profeta Muħammadsa, li ta informazzjoni dettaljata dwar l-aspetti kollha tal-ħajja ta’ Musulman, inkluż il-proċessi interni femminili bħall-mestrwazzjoni, seta’ jħalli barra ċ-ċirkonċiżjoni femminili kieku kien ordnat mill-Iżlam. Lanqas hemm ħjiel li kien hemm xi ċirkonċiżjoni femminili qalb in-nisa tal-Profetasa.       

Il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) baqgħet teżisti bħala użanza kulturali b’mod partikolari fil-pajjiżi Afrikani. Xi wħud bħas-Somalja għandhom sorprendentament rata ta’ prevalenza għolja ħafna b’98% tan-nisa jiġu ċirkonċiżi filwaqt li fil-Guinea 96% tan-nisa jkollhom isofru minħabba din l-użanza. Dawk li jimmilitaw favur il-FGM ħafna drabi jsemmu r-relattiviżmu kulturali bħala l-argument li jissapportja d-difiża tagħhom ta’ din il-prattika, fejn iħaqqu li din hija dritt protett, bħal kull dritt uman ieħor fundamentali.

Madanakollu, dawn l-argumenti mhumiex popolari mat-trattazzjoni tad-drittijiet fuq dan is-suġġett u hu sostnut li prattiki li assolutament mhumiex kompatibbli mal-kunċett plawsibbli tad-drittijiet tal-bniedem m’għandhom jimmeritaw l-ebda protezzjoni.

Hemm ċerti mġibiet li jfarrku l-vera essenza li wieħed ikun bniedem u huma parodija tad-dinjità umana. Dawn jinkludu krimini faħxin bħall-ġenoċidju u t-tortura u jifformaw parti minn kategorija speċjali li jirreferu għaliha bħala normi ‘perentorji’ – li ma jħallu barra l-ebda eċċezzjoni. Kien hemm sejħiet biex il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) tkun meqjusa bħala norma perentorja mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-eċċezzjonijiet fuq il-bażi ta’ kultura jew raġunijiet oħra. 

(Ayesha Maħmood Malik LLM, Harvard, The ROR, Frar 2018)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, FGM, Human Rights, Women's Rights, www.Ahmadiyya.mt and tagged , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.