The Share of Woman in Inheritance

IL-WIRT U S-SUĊĊESSJONI

Waħda mis-sitwazzjonijiet relatata mar-relazzjonijiet fil-familja hija l-kwistjoni tal-wirt u s-suċċessjoni. L-Iżlam waqqaf tant regoli perfetti għar-regolazzjoni tal-wirt, li l-persuni imparzjali kollha, ikunu ta’ liema reliġjon ikunu, jaffermaw is-sens ta’ ġustizzja u l-għerf li fihom.

L-Iżlam inkluda n-nisa, il-ġenituri, l-irġiel u n-nisa miżżewġa fil-lista tal-werrieta. Huwa jipprojbixxi l-esklużjoni tal-werrieta kollha mis-suċċessjoni; u lanqas wieħed ma jista’ jċaħħad lill-werrieta kollha mis-sehem tagħhom tal-wirt billi jippjana li jwarrab il-wirt kollu minnhom.

Testment jista’ jsir biss b’rispett lejn terz tal-proprjetà tat-testatur; il-bqija jridu jmorru għand il-werrieta tiegħu. U testment ma jistax isir bi preferenza ta’ werriet wieħed, kull werriet jista’ jikseb biss is-sehem speċifiku tiegħu tal-wirt u xejn aktar.

IS-SEHEM TA’ MARA FIL-WIRT

Is-sehem ta’ werrieta mara huwa f’ħafna każi n-nofs ta’ dak ta’ werriet raġel. F’ċerti każi eċċezzjonali mara jirnexxilha tikseb sehem ugwali bħal tar-raġel, iżda hemm raġunijiet speċjali li jiġġustifikaw dan it-tluq mir-regola ġenerali.

Xi wħud jaħsbu li r-regola li tagħti lir-raġel sehem doppju mill-mara hija inġusta. Dawn jinsew li taħt il-maġġoranza tal-liġijiet anki tal-lum id-drittijiet tan-nisa mhuma rikonoxxuti xejn, u huwa l-Iżlam biss li rnexxielu jagħti l-jeddijiet sħaħ lin-nisa.

Ir-raġuni għal din ir-regola hija li mara mhijiex mitluba li tmantni lilha nnifisha jew lil uliedha mill-proprjetà tagħha stess. F’kull każ hija għandha tiġi mantnuta minn żewġha, filwaqt li r-raġel huwa mgħobbi bir-responsabbiltà li jmantni lil martu u lil uliedu.

Jekk mara tiżżewweġ hija tinħeles mill-inkwiet kollu li jirrigwarda l-manteniment tagħha u ta’ wliedha, u jekk ma tiżżewwiġx – xi ħaġa li l-Iżlam ma japprovax – hija jkollha lilha nnifisha biss biex tmantni mill-proprjetà tagħha stess.

Jekk raġel jiżżewweġ, u l-Iżlam jamarlu dan, huwa jitgħabba bir-responsabbiltà li jmantni lil martu u lil uliedu. Jekk inżommu dan quddiemna mela l-Iżlam iffissa li s-sehem tar-raġel ikun id-doppju ta’ dak tal-mara, u dan huwa perfettament ġust.

(Ħażrat Mirża Bashiruddin Maħmud Aħmadra, Khalifatul-Masih II, Ahmadiyyat Yani Haqiqi Islam, p. 246-247)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Human Rights, Women's Rights, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.