True Basis of Marriage

IL-BAŻI EWLENIJA TAŻ-ŻWIEĠ

Fejn jidħlu r-relazzjonijiet bejn membri differenti tal-familja, l-aktar relazzjoni importanti hija dik mantnuta bejn ir-raġel u l-mara, għaliex fuqha jiddependi l-benesseri tal-familja kollha u fl-aħħar mill-aħħar il-benesseri tan-nazzjon kollu. L-ewwel regola mogħtija mill-Iżlam fuq din ir-rabta hija li din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata primarjament fuq konsiderazzjonijiet morali u mhux fuq dawk ta’ sbuħija, għana jew pożizzjoni. Il-Koran Imqaddes iwissi lil dawk li jkunu ser jiżżewġu biex jirriflettu dwar l-effett li din ir-rabta intenzjonata tista’ tħalli fuq is-safa ta’ ħajjithom, u liema tip ta’ legat f’forma ta’ diskussjoni se tħalli warajha. Il-Qaddis Profetasa jgħid:

“Xi nies jiżżewġu għall-ġmiel, oħrajn għall-pożizzjoni u oħrajn għall-għana, iżda inti għandek tiżżewweġ mara tajba u devota.” (Bukhari, Kitab-al-Nikah)

Dan biss għandu jkun il-bażi vera taż-żwieġ, u jekk ma titteħidx inkonsiderazzjoni l-għażla tas-sieħeb/sieħba, ir-relazzjoni bejn raġel u mara mhix se tkun waħda trankwilla u l-kwistjoni tar-rabta se tkun imqanqla sew…

Għaldaqstant, l-għażla tar-raġel jew tal-mara ssir affari ta’ importanza enormi. Għalhekk, l-ewwel regola magħmula mill-Iżlam turi li fl-għażla tas-sieħeb/sieħba trid tingħata ħafna aktar attenzjoni lill-kwalitajiet tar-ras u tal-qalb milli ċ-ċirkustanzi esterni tad-dehriet, ir-rikkezzi u l-pożizzjoni. L-Iżlam ma jikkundannax dawn l-affarijiet, iżda m’għandhomx ifornu l-bażi ewlenija taż-żwieġ. Jekk raġel u mara jersqu lejn xulxin bis-saħħa tat-tjubija, il-morali u l-intelliġenza tagħhom, u fl-istess waqt ma jkunux nieqsa mill-ġmiel, l-għana u l-pożizzjoni, mela r-rabta ta’ bejniethom tkun imbierka darbtejn; iżda s-sbuħija, l-għana u l-pożizzjoni, fihom infushom, mhumiex garanziji ta’ hena permanenti.

Kieku ż-żwiġijiet kollha jkunu bbażati fuq dan il-prinċipju, kieku mal-ewwel isseħħ rivoluzzjoni morali fid-dinja, u l-qagħda ta’ dawn iż-żwiġijiet tkun aktar soġġetta għad-dixxiplina u l-avvanz morali u spiritwali.

(Ħażrat Mirża Bashiruddin Maħmud Aħmadra, Khalifatul-Masih II, Ahmadiyyat Yani Haqiqi Islam, p. 235-237)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, Women's Rights, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.