M: Għalfejn l-irġiel Musulmani jgħattu rashom?
Huwa minnu li ħafna Musulmani Għarab u Asjatiċi jilbsu t-turban għaliex hija biss drawwa, u m’hemm l-ebda obbligu reliġjuż li jsostni li dan għandu jintlibes. Ir-raġuni għala l-Musulmani jagħżlu li jilbsu t-turban hija biex b’hekk jiġi rifless l-ispirtu tal-Iżlam li jfittex li jfakkar lin-nies f’Alla u fit-twemmin. Barra minn hekk, b’dan l-aġir il-Musulmani jkunu qegħdin isegwu l-eżempju nobbli tal-Profeta tal-Iżlam. Il-Qaddis Profeta Muħammadsa kien jilbes turban. B’dan il-mod, l-irġiel Musulmani huma mitluba u mħeġġa biex jgħattu rashom biex jimxu mal-eżempju nobbli tal-Qaddis Profeta Muħammadsa, bħala sinjal ta’ rispett, serjetà, formalità u responsabbiltà.
Waqt it-talb, il-Musulmani għandhom jgħattu rashom għaliex huma jkunu fil-preżenza tal-Mulej tagħhom. L-għata tar-ras huwa sinjal ta’ turija ta’ rispett lejn Alla u l-istituzzjoni tat-Talb. Bl-istess mod xi Musulmani jagħżlu li jgħattu rashom saħansitra f’ħinijiet oħra biex ifakkru fil-fidi tagħhom u f’Alla.
M’hemm l-ebda l-ordni fuq is-sura tal-għata tar-ras, għaldaqstant din tista’ tvarja minn brieret għal kpiepel għal traban.
Fil-kultura Għarbija u Asjatika t-turban kien jissimbolizza wkoll li l-persuna kienet mimlija għerf u dehen. B’hekk dan kien iservi wkoll bħala riflessjoni ta’ kif għandu jkun verament wieħed Musulman – wieħed li hu dejjem konxju tal-Ħallieq tiegħu u dejjem ħerqan biex ifittex l-għarfien.