Invitation: Annual Convention 2019

IL-KONVENZJONI ANNWALI (JALSA SALANA 2019)

Il-Konvenzjoni Annwali (Jalsa Salana) hija l-laqgħa formali ta’ kull sena tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana mibdija minn Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-Messija Mwiegħed(as), il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana. Il-konvenzjoni annwali hija avveniment uniku li jġib flimkien nies minn oqsma differenti tal-ħajja u li l-għan tagħha huwa li ssaħħaħ l-għaqda bejn il-popli, u mal-Ħallieq tagħna.

Il-Messija Mwiegħedas iddeskriva l-iskopijiet ta’ din il-konvenzjoni fil-kitbiet tiegħu. Huwa jgħid: L-għan ewlieni ta’ din il-konvenzjoni huwa biex kull persuna ġenwina tkun kapaċi tesperjenza personalment gwadann reliġjuż; jistgħu jkattru l-għarfien tagħhom, u billi jkunu mbierka u mnebbħa minn Alla Glorifikat, il-perċezzjoni tagħhom (ta’ Alla) tista’ titjieb. Bħala benefiċċji sekondarji, din il-miġemgħa ta’ bejnietna sservi bħala introduzzjoni bejn l-aħwa kollha, u b’hekk jissaħħu r-rabtiet fraternali qalb din il-Komunità.(i)

Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana Malta se torganizza t-tielet Konvenzjoni Annwali tagħha nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2019. It-tema għall-konvenzjoni ta’ din is-sena hija  Servizz lill-Umanità.

(i) Ishtihar 7 Diċembru 1892, Majmooah Ishtiharat, vol.1, p. 340

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Annual Convention and tagged , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.