In-Nisa Musulmani Jistgħu Jiksbu l-Għarfien?
Imam Laiq Ahmed Atif, President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
L-għarfien huwa setgħa. L-Iżlam bħala reliġjon universali tenfasizza li l-edukazzjoni għall-irġiel u għan-nisa qiegħda fuq l-istess livell ta’ importanza, u l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, iwassal l-idea li l-edukazzjoni hija obbligatorja għat-tnejn. Huwa qal:
“Huwa l-obbligu ta’ kull raġel Musulman u ta’ kull mara Musulmana li jiksbu l-għarfien.”
Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, ħeġġeġ lin-nisa tiegħu biex ifittxu l-għarfien u darba stqarr li “nofs ir-reliġjon tal-Iżlam jista’ jiġi mgħallem mill-mara tiegħu Ħażrat Ayeshara.” Tabilħaqq, wara mewtu, ilkomunità kollha Musulmana kienet tfittex il-pariri tan-nisa tiegħu.
Il-Qdusija Tiegħu, Mirża Masroor Aħmadaba, il-Mexxej Spiritwali Dinji talKomunità Ahmadiyya Musulmana, daħal fil-fond ta’ dan is-suġġett u qal:
“F’termini ta’ għarfien kemm sekulari kif ukoll reliġjuż, ftit bniet Musulmani kellhom l-opportunità li jkomplu l-istudji sekulari jew li jitgħallmu dwar twemminhom u jkattru l-għarfien reliġjuż tagħhom. Din hija ħasra u ta’ min jikkundannaha bil-qawwa, għaliex il-Qaddis Profeta Muħammadsa ta importanza kbira u valur immens lill-edukazzjoni u t-taħriġ morali tan-nisa u l-bniet. Madanakollu, maż-żmien, din l-istruzzjoni tal-Qaddis Profeta Muħammadsa ġiet aktar injorata mill-Musulmani u għalhekk innisa Musulmani baqgħu ħafna inqas edukati mill-irġiel.
Kawża ewlenija ta’ din it-tendenza sfortunata kienet li ħafna millhekk imsejħa skulari reliġjużi li jagħmlu parti mill-hekk imsejħa Ulema (skulari reliġjużi) ma ridux li l-għarfien jitwassal jew jinxtered, la bejn l-irġiel, imma aktar u aktar fost in-nisa. Bi ksur tat-tagħlim Iżlamiku, huma xtaqu lin-nisa li jibqgħu magħluqa bejn l-erba’ ħitan ta’ djarhom u għaldaqstant ma ppermettewlhomx li jiksbu edukazzjoni bażika.
Dawn l-attitudnijiet għamlu ħsara estensiva lill-progress fit-tul tal-Iżlam, għaliex b’hekk ma kienx possibbli għan-nisa Musulmani biex iħarrġu moralment lil uliedhom meta huma stess ma kellhomx għarfien ta’ twemminhom. Madanakollu din l-attitudni egoistika immens iddominat tul is-sekli u kompliet sakemm Alla Omnipotenti bagħat lill-Messija Mwiegħedas [il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana], biex bissaħħa tiegħu jkun hemm qawmien u tixtil tat-tagħlim ġenwin tal-Iżlam.
Bil-miġja tiegħu, barra li l-Messija Mwiegħedas ta importanza kbira lit-Tarbiyyat (it-taħriġ spiritwali u morali) tal-irġiel u inkoraġġiehom biex jieħdu l-edukazzjoni, hekk ukoll huwa ħeġġeġ lin-nisa u l-bniet Ahmadi biex ifittxu l-edukazzjoni sekulari u t-tagħlim reliġjuż.
Fil-fatt, kien hemm żmien meta l-Messija Mwiegħedas innifsu kien personalment jgħallem ir-reliġjon lin-nisa. Bil-gwida mbierka tiegħu, u sussegwentement bis-saħħa ta’ Khilafat-e-Ahmadiyya (Kalifat fil-Komunità Ahmadiyya Musulmana), in-nisa Ahmadi bdew jifhmu t-tifsira u l-valur li wieħed ikollu l-edukazzjoni u li jfittex l-għarfien reliġjuż. Bla dubju ta’ xejn, matul l-eżistenza tagħha, il-Komunità tagħna kompliet tippromwovi u tagħti s-sostenn lill-edukazzjoni tan-nisa u l-bniet u twaqqfu ħafna programmi jew pjanijiet biex dan seta’ jseħħ.” (The ROR, April 2017, p. 12-14)