Education, Knowledge and Islam

L-Edukazzjoni, l-Għarfien u l-Iżlam 

Imam Laiq Ahmed Atif, President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta

L-edukazzjoni u l-għarfien huma ċ-ċavetta tas-suċċess. L-Iżlam u l-Fundatur tal-Iżlam, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, enfasizzaw immensament it-tiftix tal-għarfien. Wieħed jista’ jifhem l-importanza ta’ dan is-suġġett mill-fatt li l-ewwel kelma rivelata lill-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, kienet ‘Iqra’ li tfisser ‘Aqra’. Huwa kien ġewwa għar fuq il-Muntanja Hira, jimmedita waħdu, meta żaru l-Anġlu Gabriel u qallu:

“Aqra, f’Isem il-Mulej tiegħek li ħalaq; ħalaq lill-bniedem minn ftit demm magħqud. Itlob! U l-Mulej tiegħek hu dak li jagħmel l-aktar ġid. Dak li għallem lill-bniedem bil-pinna; għallem lillbniedem dak li ma kienx jaf.” (96:2-6)

F’dawn il-versi mhux biss qed tingħata l-attenzjoni lit-tiftix u l-ksib talgħarfien, iżda dawn il-versi fihom ukoll profezija dwar l-iżvilupp talgħarfien u li l-akkwist tal-għarfien jibqa’ sejjer sa jum il-ġudizzju. Aktar minn hekk dawn il-versi jenfasizzaw l-importanza tal-ksib tal-għarfien kemm dak spiritwali kif ukoll dak prattiku. F’parti oħra tal-Koran Imqaddes l-għarfien ġie deskritt bħala “il-grazzja kbira t’Alla”; din tgħid:

“Huwa jagħti l-għerf lil min jixtieq Hu, u kull min jingħata l-għerf ikun tassew ġie ppremjat b’ħafna tjubija; u ħadd ma jagħti kas ħlief dawk mogħnija bil-fehim.” (2:270)

Fi kliem ieħor, dawk biss li jirriflettu jistgħu jifhmu s-sinjali t’Alla u jersqu viċin tiegħu. Iżjed minn hekk il-Koran jgħallimna talba li tgħid hekk:

“O Sidi, kabbarni fl-għarfien.” (20:115). Il-kliem ‘O Sidi, kabbarni flgħarfien’ jixhed l-importanza kbira li l-Koran Imqaddes jagħti lill-ksib talgħarfien. Il-Koran Imqaddes jenfasizza wkoll l-importanza tal-għarfien għax dan ikattar l-imħabba u l-biża’ t’Alla. Huwa jgħid:

“Huma biss il-qaddejja Tiegħu li għandhom l-għarfien li jibżgħu minn Alla.” (35:29)

Madanakollu, l-għarfien, hawnhekk, mhux bilfors qed jalludi għallgħarfien spiritwali iżda wkoll għal dak tal-liġijiet tan-natura. Studju dettaljat tan-natura u l-liġijiet tagħha bla dubju ta’ xejn iwassal biex wieħed jintebaħ bis-setgħat qawwija t’Alla u konsegwentament jibda jħares lejn Alla b’qima riverenzjali. Il-Koran Imqaddes iħeġġeġ lill-fidili kollha biex jaħsbu, josservaw, jirriflettu u jħaddmu l-fakultajiet razzjonali tagħhom. L-għarfien iġib il-fehim u persuna bl-għarfien hija aħjar minn waħda mingħajru, kif Alla jgħid:

“Staqsi, ‘Dawk li jafu huma daqs dawk li ma jafux?’ Tassew, dawk biss li huma mogħnija bil-fehim se jagħtu kas.” (39:10)

Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, ta ħafna importanza għal li wieħed ikompli jakkwista l-għarfien u qal: “Fittxu l-għarfien min-nieqa sal-qabar.” Huwa rrappurtat li qal ukoll: “Fittxu l-għarfien anki jekk dan jinsab f’pajjiż ’il bogħod ħafna bħaċ-Ċina.”

Dawn il-ftit referenzi juru b’mod ċar kemm l-Iżlam jagħti importanza lilliżvilupp tal-edukazzjoni u l-għarfien. L-għarfien iġib il-qawwa mela aħna rridu nagħmlu ħilitna kollha biex niksbu l-għarfien.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Quran, www.Ahmadiyya.mt and tagged , . Bookmark the permalink.

1 Response to Education, Knowledge and Islam

  1. Nemat Ali says:

    Can we read your writings in english as well

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.