IŻ-ŻIEDA FIL-MATERJALIŻMU
Il-Messija Mwiegħedas, il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, jispjega kif wieħed jista’ jikseb il-perfezzjoni, u jgħid:
Feġġew Profeti u Messaġġiera bla għadd fid-dinja , u ħadmu u stinkaw bla waqfien biex jistabbilixxu l-Uniċita ta’ Alla, iżda llum velu iswed qiegħed jgħattiha. Aktar minn hekk, in-nies waqgħu vittma ta’ forom differenti ta’ politeiżmu (adorazzjoni ta’ aktar minn alla wieħed).
Il-Qaddis Profeta Muħammad, il-paċi u l-barkiet ta’ Alla kollha fuqu, amar biex dak li jkun ma jorbotx qalbu mad-dinja, iżda llum, l-imħabba għall-materjaliżmu tiddomina f’kull qalb u kulħadd donnu mitluf f’din it-tip ta’ mħabba. Meta mitlubin, xi wħud ikunu kontra li jwettqu mank farka xogħol favur ir-reliġjon, ma jkunux iridu jikkommettu ruħhom u jibdew jivvintaw eluf ta’ skużi. Kull forma ta’ mġiba ħażina u immorali titqies bħala permissibbli u kull trasgressjoni possibbli titwettaq sfaċċatament. Ir-reliġjon saret fatalment dgħajfa u qiegħda hemm bla tama ta’ għajnuna bħal tifel orfni.
F’dan l-istat, kieku l-Iżlam ma ġiex megħjun u ngħata s-sapport, meta kien se jaffaċċja dawn iċ-ċirkostanzi li taw raġuni għall-għajnuna li ngħata? L-Iżlam baqa’ biss tal-isem. Kieku bħalissa mhux qed jiġi protett, kieku bla dubju jispiċċa fix-xejn.
Jien nistqarr sinċerament li huwa minħabba n-nuqqas ta’ għarfien li titqanqal il-mistoqsija jekk hemmx differenza bejn il-komunità tagħna u Musulmani oħra. Kieku teżisti biss din il-kwistjoni, xi bżonn ikun hemm għal dan l-isforz u għaliex għandha tiġi stabbilita komunità sħiħa?
Jien konxju mill-fatt li Alla l-Omnipotenti ddikjara kemm-il darba li waqa’ d-dlam u xejn ma baqa’ jidher. L-Uniċità ta’ Alla li darba kienet il-kuruna tagħna u l-kobor tal-Iżlam issa saret biss kliem fieragħ. Fl-istess ħin għad hemm xi wħud li verament jipprofessaw l-Uniċità ta’ Alla f’termini ta’ prattika u twemmin.
Il-Qaddis Profeta Muħammadsa widdeb biex wieħed ma jħobbx daqstant lid-dinja, iżda llum kull qalb hija maħkuma minn din l-imħabba.
Ir-Reliġjon saret bla saħħa donnha kienet orfni. Il-Qaddis Profeta Muħammad, il-paċi u l-barkiet ta’ Alla jkunu fuqu, qal ċar u tond, “L-imħabba għad-dinja hija l-kawża prinċipali tal-ħażen kollu.”(i)
(i) Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, il-Messija Mwiegħed u l-Maħdias, il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, Ruhani Khazain V. 20, pp. 475-476