Striving in the way of God

IT-TĦABRIK FIL-ĦAJJA RELIĠJUŻA

Imam Laiq Ahmed Atif

Alla jistqarr fil-Koran Imqaddes: “U lil dawk li jħabirku fil-mogħdija Tagħna — Żgur li se niggwidawhom fl-użanzi tagħna. U tassew Alla jinsab ma’ dawk li jwettqu għemejjel tajba.” (29:70)

Dan il-vers jafferma ċar u tond li dawk in-nies li jagħmlu l-almu tagħhom biex isibu lil Alla u joqorbu Lejh, żgur li jkunu ggwidati minn Alla. Madanakollu, huwa importanti li dawn l-isforzi ma jkunux temporanji; anzi, irid ikun hemm tħabrik kostanti għall-mogħdija ta’ Alla.

Is-suċċess jinkiseb f’din il-ħaġa meta wieħed jibqa’ jipprova b’mod konsistenti u b’determinazzjoni, u fl-istess waqt iħares il-kmandamenti ta’ Alla. Kull persuna għandha ħiliet u inklinazzjonijiet differenti u l-ordni hi li wieħed ifittex lil Alla skont il-kapaċità li jħaddan. Meta jsir sforz f’dan ir-rigward, Alla juri t-triq li twassal għal għandu.  Madanakollu, jekk jinfilzaw ħsibijiet egoistiċi u skużi, u sforzi minimi jitqiesu bħala ‘tħabrik’, mela l-bniedem ma jilħaqx lil Alla.

Wieħed li hu traskurat u għażżien ma jistax jikseb l-istess grad ta’ grazzja Divina daqs wieħed li jagħmel ħiltu kollha u huwa sinċier fit-tfittxija għal Alla. Alla ma ħalliex lill-bniedem fid-dlam fejn tidħol din it-tfittxija. Alla juri wkoll is-sinjali bis-saħħa tal-Profeti Tiegħu biex jagħti prova tal-eżistenza Tiegħu.

Għaldaqstant, huwa importanti ħafna li nsegwu t-triqat u l-mezzi kollha biex niksbu l-qrubija Divina u li ningħaddu ma’ dawk li f’għajnejn Alla ‘jwettqu għemejjel tajba’, u ma’ dawk li verament iħobbu ’l Alla.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, Allah, www.Ahmadiyya.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.