The Purpose of Creation

L-GĦAN TAL-ĦOLQIEN

Ngħixu fiż-żmien modern fejn għandna progress teknoloġiku tal-għaġeb. Kważi kull ġimgħa nsibu invenzjonijiet ġodda fit-teknoloġija. In-nies huma dejjem ħerqana kull meta xi ħaġa ġdida tasal fis-suq. Ħafna drabi naraw kjus twal barra l-ħwienet u nies jagħmlu minn kollox biex ikunu huma li jixtru l-aġġeġġi teknoloġiċi l-ewwel u qabel ħaddieħor. Din it-tiġrija materjalistika okkupat il-bnedmin tant li nsew l-għan ewlieni tal-ħolqien tagħhom.

Huwa fatt li meta l-bniedem jibda jiddependi ħafna fuq il-materjaliżmu, in-naħa spiritwali tiegħu tonqos, u dak huwa li naraw madwarna llum il-ġurnata. Dan jikkontradixxi l-għan veru tal-ħolqien tal-bniedem. Meta l-bniedem jimxi skont ir-rieda ta’ Alla u skont l-għan veru tal-ħolqien, il-bniedem mhux biss jikseb il-barkiet ta’ din id-dinja imma jirċievi wkoll il-barkiet tal-ħajja eterna.

Imma, x’inhu l-għan tal-ħolqien tal-bniedem? Min jista’ jamar l-għan tal-ħajja?

Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana jispjega u jwieġeb dawn il-mistoqsijiet u jgħid li, għalkemm nies differenti, minħabba n-nuqqas ta’ viżjoni tagħhom jew minħabba n-nuqqas ta’ kuraġġ, joħolqu għanijiet diversi f’ħajjithom u jaslu biss sa skopijiet u xewqat tad-dinja, madanakollu l-għan li Alla l-Omnipotenti speċifika fil-Kelma Qaddisa Tiegħu huwa dan: “Jiena ħloqt il-ġinni u l-bnedmin ħalli dawn jagħrfuni u jagħtuni qima.” (Il-Koran Imqaddes, 51:57)

Skont dan il-vers l-għan ewlieni tal-ħajja tal-bniedem huwa l-qima u l-għarfien ta’ Alla l-Omnipotenti u l-imħabba lejh.

Huwa evidenti li mhux f’idejn il-bniedem li għandu jiddeċiedi dwar l-għanijiet ta’ ħajtu bis-setgħa tiegħu stess daqskemm il-bniedem ma jasalx f’din id-dinja bir-rieda tiegħu, u ma jitlaqx minnha meta jixtieq hu. Huwa esseri maħluq u Dak li ħolqu u għanieh b’fakultajiet aħjar u ogħla minn dawk ta’ kreaturi oħra ordna għan għal ħajtu.

Jekk wieħed jifhimx dak l-għan jew le, bla dubju ta’ xejn l-għan tal-ħolqien tal-bniedem huwa l-adorazzjoni u l-għarfien ta’ Alla l-Omnipotenti u li wieħed iħalli lilu nnifsu f’idejH.

L-għan prinċipali tal-mezzi u l-fakultajiet interni u esterni li ngħataw lill-bniedem huwa l-fehim ta’ Alla, il-qima Tiegħu u l-imħabba Tiegħu.

Huwa għalhekk, minkejja li jkun medhi b’diversi proġetti f’ħajtu, li l-bniedem ma jsibx il-benesseri proprja tiegħu ħlief f’Alla.

Billi kellu rikkezzi kbar, billi kellu pożizzjoni għolja, billi kien negozjant kbir, billi kien jirrenja f’saltna enormi, billi kien magħruf bħala filosfu kbir, fl-aħħar huwa jħalli dawn l-impenji kollha b’sogħba kbira. Qalbu l-ħin kollu ċċanfru fuq il-preokkupazzjoni totali tiegħu fuq il-ħwejjeġ tad-dinja.

Meta nħarsu lejn il-fakultajiet tal-bniedem u nippruvaw niskopru l-ogħla lħiq tagħhom, insibu li huwa jfittex ’l Alla, l-Eżaltat. Huwa jixtieq li jsir tant devot lejn Alla li ma jibqa’ jżomm xejn għalih u kulma għandu jsir ta’ Alla.

Jidher ċar, għalhekk, li l-ogħla lħiq tal-fakultajiet tal-bniedem huwa li jiltaqa’ ma’ Alla, l-Eżaltat. B’hekk l-għan prinċipali ta’ ħajtu huwa li t-tieqa ta’ qalbu tinfetaħ għal Alla.

Source/Credit: Il-Leħen, 11/04/2021, Imam Laiq Ahmed Atif, President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta – amjmalta@gmail.com

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya: The True Islam, Alla, Allah, God, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.