Materialism or the Eternal Life?

Materjaliżmu jew ħajja eterna?

Imam Laiq Ahmed Atif | President Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta | amjmalta@gmail.com | Il-Leħen 27 ta’ Ġunju 2021

Iż-żieda fil-materjaliżmu biegħdet lill-umanità mill-valuri morali, mir-reliġjon u minn Alla. Id-dinja hija assorbita wisq fil-materjaliżmu, kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent. Hemm ftit nies li japprezzaw verament li l-barkiet kollha f’din id-dinja huma minn Alla u huwa Hu biss li ta lill-bniedem il-kapaċità u l-għerf li joħloq affarijiet għall-konvenjenza u s-sigurtà tiegħu.

Mingħajr il-barkiet ta’ Alla l-bniedem ma setax javvanza fit-teknoloġija u r-rivoluzzjoni xjentifika. Jekk inħarsu madwarna nsibu li Alla ħalaq kollox għalina fosthom l-ikel, l-ilma, ix-xemx, l-ossiġnu, eċċ. anke qabel it-twelid tal-bniedem. Dak kollu jiggwidana biex inkunu grati lejn Alla l-Omnipotenti, inqimu quddiemu, dejjem nimxu fuq dak li Alla jrid minna b’hekk inħarsu u nimxu mal-Kelma Tiegħu. Huwa ferm importanti li nobdu l-kmandamenti Tiegħu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Il-bniedem qed jinsa lil Alla

Imma sfortunatament, aktar milli jkunu grati, in-nies qegħdin dejjem jagħżlu aktar il-gratifikazzjoni tagħhom infushom, u r-reliġjon u Alla huma suġġett għal deriżjoni miftuħa. L-ateiżmu qiegħed jiżdied u qed jiżdied b’pass imgħaġġel ħafna.

Il-bniedem qed jinsa lill-Ħallieq u jqis l-affarijiet materjalistiċi bħala mezz għall-paċi interna, imma jinsa l-fatt li l-paċi u s-sodisfazzjon jinsabu biss fit-tifkira ta’ Alla; kif Alla qal fil-Koran Imqaddes li, “Huwa fit-tifkira ta’ Alla li l-qlub jistgħu jsibu sodisfazzjon u paċi.” (13:29)

Meta wieħed jaqra l-istorja umana jsib li ġew ħafna profeti u messaġġiera fid-dinja, u ħadmu u stinkaw bla waqfien biex jistabbilixxu l-imħabba ta’ Alla fi qlub in-nies, imma n-nies dejjem irrifjutaw is-sejħiet tagħhom. Aktar minn hekk, in-nies waqgħu vittmi ta’ forom differenti ta’ politeiżmu u ateiżmu.

Alla u l-messaġġiera Tiegħu ordnaw biex dak li jkun ma jorbotx qalbu mad-dinja, iżda llum, l-imħabba għall-materjaliżmu tiddomina f’kull qalb, u kulħadd donnu mitluf f’din it-tip ta’ mħabba. Meta mitlubin, xi wħud ikunu kontra li jwettqu mank farka xogħol favur ir-reliġjon, ma jkunux iridu jikkommettu ruħhom u jibdew jivvintaw eluf ta’ skużi. Kull forma ta’ mġiba ħażina u immorali titqies bħala permissibbli u kull trasgressjoni possibbli titwettaq sfaċċatament. Ir-reliġjon saret fatalment dgħajfa u qiegħda hemm bla tama ta’ għajnuna bħal tifel orfni.

Maħkumin mill-imħabba għad-dinja

Il-Qaddis Profeta Muħammad widdeb biex wieħed ma jħobbx daqstant lid-dinja, iżda llum kull qalb hija maħkuma minn din l-imħabba. Ir-reliġjon saret bla saħħa donnha kienet orfni. Il-Qaddis Profeta Muħammad qal ċar u tond: “L-imħabba għad-dinja hija l-kawża prinċipali tal-ħażen kollu.”

Alla jgħid fil-Koran Imqaddes: “Tiġrija reċiproka biex jiġu akkumulati aktar ħwejjeġ materjali tbegħedkom minn Alla, sakemm taslu għall-oqbra tagħkom.” (102:2-3)

L-akkwist u x-xewqa eċċessiva tal-bniedem li jaqbeż lil ħaddieħor fil-ġid, fil-pożizzjoni u fil-prestiġju jinsabu fl-għerq tal-problemi umani kollha u tan-negliġenza ta’ valuri ogħla tal-ħajja.

Hija l-isfortuna kbira tal-bniedem li l-passjoni tiegħu għall-akkwist ta’ affarijiet tad-dinja ma taf l-ebda limitu u ma tħalli l-ebda ħin biex huwa jaħseb f’Alla jew fil-ħajja eterna. Huwa jibqa’ kompletament involut f’dawn l-affarijiet sakemm tiġi l-mewt fuqu, u mbagħad isib li kien ħela l-ħajja prezzjuża tiegħu f’attivitajiet materjalistiċi li ma jiswew xejn quddiem Alla.

Alla jgħid fil-Koran Imqaddes li l-ħajja hija mhix eterna, huwa proprju għalhekk li aħna dejjem niffokaw fil-ħajja eterna li tistenniena wara mewtna ħin bla waqt. Alla jgħid: “Il-ħajja materjali mhi xejn ħlief sport u passatemp. U tassew ir-residenza tal-Ħajja ta’ wara din hija aħjar għal dawk li huma ġusti. Allura mbagħad ma tifhmux?” (6:33)

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.