Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, il-Kap Dinji tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, jgħid:
“Għalkemm il-Komunità Ahmadiyya Musulmana hi komunità żgħira, hi l-komunità li tiġġieled għal kawżi ġusti u hi r-rappreżentanta ġenwina tat-tagħlim veru tal-Iżlam…
It-tagħlim tal-Iżlam ġie aktar elaborat u enfasizzat mill-fundatur tal-Komunità Ahmadiyya li aħna nemmnu li hu l-Messija Mwiegħedas u r-Riformatur ta’ dan iż-Żmien. Hu beda billi ħabbar l-affermazzjoni tiegħu li Alla li Jista’ Kollox poġġa żewġ piżijiet fuqi. Wieħed hu d-dritt ta’ Alla u l-ieħor id-dritt tal-ħolqien ta’ Alla. Kompla jgħid li taqdi d-dmir u tagħti d-drittijiet tagħhom lill-ħolqien ta’ Alla kienet l-iktar sfida diffiċli u delikata.
B’riferenza għall-Kalifat, intom tistgħu tibżgħu li jista’ jiġi żmien meta l-istorja tirrepeti ruħha u li jistgħu jinqalgħu gwerer b’riżultat ta’ din il-forma ta’ tmexxija. Ħalluni, madankollu, nassigurakom li għalkemm din l-akkuża titpoġġa kontra l-Iżlam, Jekk Alla Jrid, il-Kalifat tal-Ahmadiyya dejjem ikun magħruf bħala dak li jkun fuq quddiem nett biex imexxi l-kawża għall-paċi u għall-armonija fid-dinja, kif ukoll li jkun leali lejn il-pajjiż fejn il-membri tiegħu jkunu joqogħdu.
Il-Kalifat tal-Ahmadiyya qiegħed ukoll hawn biex jipperpetwa u jkompli l-missjoni tal-Messija u l-Maħdias, għalhekk assolutament m’hemm l-ebda raġuni ta’ biża’ mill-Kalifat. Dan il-Kalifat jiġbed l-attenzjoni tal-membri tal-komunità lejn it-twettiq ta’ dawn iż-żewġ obbligazzjonijiet li għalihom il-Messija Mwiegħedas ġie u bħala riżultat jipprova joħloq paċi u armonija fid-dinja.” (Il-kriżi dinjija u t-triq għall-paċi, p. 25-26)