Are Women Oppressed in Islam?

IN-NISA HUMA OPPRESSI FL-IŻLAM?

Maria Mahmood, BSc Psychology, Lajna Malta

L-Iżlam huwa kodiċi ta’ ħajja kompleta u komprensiva li tkopri l-aspetti kollha tal-ħajja umana min-nieqa sal-qabar. Biex nifhmu d-drittijiet, l-unur, id-dinjità u l-qagħda tan-nisa fl-Iżlam, irridu nifhmu kif in-nisa kienu ttrattati qabel il-miġja tal-Iżlam. Dak iż-żmien, kienu meqjusa daqs l-ilsiera u ħafna drabi l-qagħda tagħhom kienet agħar minn tal-annimali. Xi tribujiet fl-Arabja Sawdita kienu anki jidfnu t-trabi tat-twelid bniet ħajjin għaliex kienu meqjusa bħala problema u diżunur għall-familja. Il-Qaddis Profeta Muħammadsa temm kull tip ta’ tortura, krudeltà u inġustizzja lejn in-nisa billi tahom id-drittijiet kollha dovuti lilhom f’kull qasam tal-ħajja. 

Huwa bil-miġja tal-Iżlam li l-qagħda tan-nisa tjiebet u l-importanza tagħhom fis-soċjetà ġiet enfasizzata. L-Iżlam ta lin-nisa d-drittijiet umani fundamentali tagħhom f’soċjetà li lanqas biss kienet tqishom bħala bnedmin ugwali, u tahom ukoll drittijiet soċjali u ekonomiċi li l-ebda reliġjon oħra qatt ma kkunsidrat qabel. 

Il-Koran Imqaddes dejjem inkoraġġixxa li n-nisa jiġu ttrattati b’rispett, ġenerożità u mħabba (4:20). Barra minn hekk, fil-perjodu taż-żwieġ, l-Iżlam ordna li: “Agħtu lin-nisa d-doti tagħhom b’rieda tajba” (4:5). Raġel irid jagħti lil martu l-leġittma, u m’għandu l-ebda dritt fuq dawn il-flus ladarba tirċevihom. Kull proprjetà li mara takkwista bis-saħħa tat-tħabrik tagħha, jew għax tiritha jew tirċeviha bħala rigal, din tkun esklussivament tagħha. Raġel m’għandux id-dritt li jindaħal fil-maniġment jew l-amministrazzjoni tal-proprjetà ta’ martu sakemm hi ma tħallihx bil-volontà tagħha stess. Barra dan, wieħed irid jifhem li l-Iżlam jipproteġi lin-nisa b’tali mod li dawn ma jkunux imgħakksa bl-ebda mod. Mara m’għandha tikkontribwixxi xejn għaż-żamma tal-familja tagħha; din ir-responsabbiltà hija tar-raġel anki f’dawk iċ-ċirkustanzi fejn il-mara tkun f’pożizzjoni finanzjarja aħjar. 

Il-Qaddis Profeta Muħammadsa wissa lill-Musulmani, “L-aqwa fostkom huma dawk li jittrattaw l-aħjar lin-nisa tagħhom.” Dan juri li l-irġiel huma mħeġġa biex ikollhom relazzjoni tajba man-nisa tagħhom billi jħarsu l-aspetti emozzjonali, mentali, fiżiċi u spiritwali tagħhom. Il-Messija Mwiegħedas fisser dan b’aktar dettall u qal li, “Ir-relazzjoni bejn raġel u mara għandha tkun bħal ta’ żewġt iħbieb ġenwini u sinċiera,” dan huwa mod sabiħ ta’ kif wieħed ifisser ir-relazzjoni matrimonjali fl-Iżlam. 

Il-Qaddis Profeta Muħammadsa ippromwova wkoll l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni, billi għallimna li, “L-insegwiment tal-għarfien huwa dmir ta’ kull Musulman, raġel u mara.” It-tifla tiegħu stess, Ħażrat Fatimara, kienet edukata u rispettata ħafna; kull meta kienet tidħol fil-kamra, il-Qaddis Profeta Muħammadsa kien iqum bilwieqfa bħala sinjal ta’ mħabba u rispett, u jagħti s-siġġu tiegħu lilha. Dan huwa l-livell ta’ rispett li l-Profeta Qaddissa tal-Iżlam wera lin-nisa.

Barra minn hekk, l-Iżlam ta lill-ommijiet pożizzjoni għolja ferm. Il-Qaddis Profeta Muħammadsa stqarr, Il-ġenna tagħkom tinsab taħt saqajn ommkom.” Fid-dawl tar-rakkont tal-Iżlam imsemmi hawn fuq, wieħed malajr jista’ jikkonkludi li n-nisa mhux biss jingħataw id-drittijiet fundamentali tagħhom iżda huma wkoll meqjusa bħala parti importanti u integrali tas-soċjetà li jridu jiġu rispettati u protetti.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, Women, Women's Rights, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.