Respecting religious sentiments

Nirrispettaw is-sentimenti reliġjużi

Wieħed mill-prinċipji ewlenin għall-bini ta’ soċjetajiet paċifiċi u armonjużi huwa li nirrispettaw is-sentimenti reliġjużi ta’ xulxin meta ngħixu flimkien f’soċjetà multikulturali u multireliġjuża.

Ir-rispett tas-sentimenti reliġjużi huwa lezzjoni sabiħa għat-twaqqif tal-paċi u l-ħbiberija mgħallma lilna mill-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih.

Darba, matul ħajtu, Musulman u Lhudi kienu involuti f’argument. It-tnejn sostnew is-superjorità relattiva tal-profeti rispettivi tagħhom. Jidher li l-konkorrent Musulman seta’ għamel it-talba tiegħu b’mod li weġġa’ s-sentimenti tal-Lhudi hekk kif resaq lejn il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, u lmenta kontra l-Musulman. Malli sema’ l-ilment, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, wissa biex wieħed ma jkunx insensittiv lejn is-sentimenti ta’ ħaddieħor. U stqarr, “Teżaltawnix aktar minn Mosè.”

Tali kienu l-istandards għoljin ta’ diċenza u korteżija tal-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, mitluba mis-segwaċi tiegħu anke f’mumenti ta’ dibattitu teoloġiku jaħraq. Għalhekk, naħseb li wieħed mill-prinċipji ewlenin li għandna nipprattikaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħna huwa li jkollna relazzjonijiet tajbin mal-bnedmin ta’ madwarna. Dan jista’ jseħħ billi nieħdu ħsieb is-sentimenti ta’ xulxin, u billi nuru attitudni ġenwina u ta’ mħabba u rispett lejn xulxin. Barra minn hekk, sabiex nistabbilixxu relazzjonijiet sodi, għandna  dejjem ngħidu l-verità u kelma tajba; u qatt ma nlissnu kliem li jweġġa’ s-sentimenti ta’ ħaddieħor, u dejjem inżommu lsienna milli ngħidu kliem mhux xieraq. Għandna biex dejjem inżommu l-umanità kollha fil-konsiderazzjoni tagħna meta nitkellmu jew niktbu xi ħaġa.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.