Not bad or feeling good

Mhux ħażin, jew tajjeb u mbierek

Laiq Ahmed Atif | It-Torċa | Sunday 19 February | amjmalta@gmail.com

L-emozzjonijiet pożittivi jgħinuna naraw possibbiltajiet ġodda, li jagħmluha aktar faċli għalina biex nitgħallmu affarijiet ġodda u navvanzaw fit-talenti tagħna. Bħala riżultat, inwettqu dmirijietna aħjar u niksbu riżultati aħjar tal-kompiti u xogħlijiet tagħna. Nies li spiss jesperjenzaw emozzjonijiet tajbin għandhom it-tendenza li jkunu aktar ferħanin, aktar b’saħħithom, aktar intelliġenti, aktar kapaċi u soċjalment aktar kompetenti. Wieħed jista’ jżid l-attività tal-moħħ billi jaħseb fuq xi ħaġa pożittiva u ta’ tama.

Iż-żmien kontemporanju għandu ċentru tal-lingwa partikolari li huwa konness mill-qrib mal-kortiċi tal-moviment, li huwa dak li jmexxik fl-azzjoni. Użu tajjeb u ta’ spiss ta’ espressjonijiet lingwistiċi differenti jista’ jnaqqas il-kunflitt, itejjeb il-komunikazzjoni, isaħħaħ il-fiduċja f’oħrajn, u jippreżenta lil dak li jlissen dan il-kliem u l-espressjonijiet pożittivi bħala bniedem affidabbli u ta’ fama. Lingwaġġ pożittiv, jew l-użu konxju ta’ kliem u espressjonijiet pożittivi, jistaʼ jgħin biex anke aħbar ħażina tkun aktar sapportabbli u jista’ jnaqqas l-uġigħ u t-tbatija għal ċertu livell.

Kliem u frażijiet negattivi

Normalment nużaw kliem u frażijiet negattivi fil-konverżazzjoni tagħna ta’ kuljum li jimpedixxu l-konnessjoni ta’ komunikazzjoni fostna. Hija l-ħtieġa taż-żmien li nużaw il-kliem u l-frażijiet pożittivi biex inġibu l-pożittività, li se tassorbi n-negattività ta’ oħrajn u toħroġ il-vibes pożittivi qawwija fina nfusna.

Filgħodu meta niltaqgħu ma’ xulxin, ir-risposta tas-soltu għal “Kif int?” hija mwieġba bħal “Mhux ħażin”. Din tirrifletti li konna f’kundizzjoni depravata qabel u issa qegħdin f’kundizzjoni daqsxejn imtejba iżda xorta taħt l-influwenza taċ-ċirkostanzi jew l-atmosfera mhux sodisfaċenti. Jekk nibdlu l-frażi “mhux ħażin” bi kliem aktar inkoraġġanti u ferrieħa bħal “jien tajjeb ħafna”, “inħossni mbierek”, “eċċitat”, “tajjeb għall-grazzja ta’ Alla” bi tbissima se taffettwa l-moħħ u l-qalb tagħna fi mġiba ottimistika miżjuda.

Attività motivazzjonali

L-użu ta’ kliem pożittiv huwa meqjus bħala attività motivazzjonali, li tnaqqas l-istress, trażżan l-emozzjonijiet negattivi, ittejjeb il-kunfidenza u ssaħħaħ il-moħħ u l-benesseri ġenerali. Anke li titlob lit-tfal biex jagħmlu ċertu affarijiet jew xogħlijiet huwa aktar favorevoli milli tfakkar il-lista tal-affarijiet li “m’għandhomx jagħmlu”, imħabbra qabel ma tħallihom f’ċertu post jew sitwazzjoni; għax huwa l-fatt li l-kliem li nużaw għandu sinifikat, jinżamm fil-memorja, u għandu impatt.

Screening ta’ ġewwa

L-Iżlam jenfasizza ħafna fuq l-użu ta’ kliem pur, onest u ħelu, għax dan il-kliem jirrappreżenta lilna, il-personalità tagħna, il-familja tagħna, it-trobbija tagħna u l-manjieri li tgħallimna matul il-ħajja. Il-kliem li nitkellmu juri l-karattru tagħna; jipprovdi skrinjar tal-ġewwieni tagħna. Barra minn hekk, li nsejħu lil xi ħadd b’laqmu lanqas hu sew. Jew li ssejjaħ lil ħaddieħor b’ismijiet ħżiena, insolenti jew umiljanti huwa kompletament ipprojbit u skoraġġut.

Huwa rakkomandat li ssejjaħ lil kulħadd bl-isem li jħobb jissejjaħ. Din it-turija ta’ rispett tneħħi n-negattività mill-qlub u twassal għal effett pożittiv fuqna nfusna, fuq il-maħbubin tagħna, fuq il-membri tal-familja tagħna, fuq il-ħbieb ferrieħa tagħna, fuq qrabatna u fuq is-soċjetà kollha.

Tbissima hija karità

Il-kliem profond u għaqli tal-Qaddis Profeta Muħammad (il-paċi tkun fuqu) jispjega dan b’mod tajjeb wisq, għax kliemu jmiss il-qalb. Huwa qal: “Tbissima hija karità. Kelma ġentili hija karità. Kull għemil tajjeb huwa karità. Li tippromwovi r-rieda tajba hija karità.”

Kemm hu verament sabiħ li meta nużaw kliem ġentili fil-ħajja tagħna ta’ kuljum huwa qisu aħna nqassmu l-karità fostna; huwa qisu qed inxerrdu l-fwieħa tat-tjubija, tal-karità, tal-qalb tajba, tal-imħabba, tal-ħbiberija u tal-fratellanza.

Nibnu l-ambjent amikevoli u pjaċevoli

Jekk aħna napplikaw din il-filosofija li nżidu t-tbissim fuq wiċċna, din waħedha tista’ tiggarantixxi s-saħħa tal-atmosfera u tal-ambjent amikevoli, ferħan u pjaċevoli fis-soċjetajiet tagħna.

Għalhekk huwa importanti li nagħtu firxa wiesgħa għall-espressjonijiet pożittivi fil-ħajja tagħna. Ejja nimxu r-rivoluzzjoni pożittiva minn ġewwa u nxerrduha madwarna b’mod ġenwin ħafna sabiex is-soċjetajiet u l-komunitajiet tagħna jsiru residenza ta’ fwieħa vera u dejjiema ta’ rispett, imħabba, għaqda u benesseri tal-bniedem.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.