Eating together, a valuable tradition

Ikel Flimkien, Tradizzjoni Sabiħa

Imam Laiq Ahmed Atif |Il-Lehen 26 February 2023 | amjmalta@gmail.com

‘The way to a man’s heart is through his stomach’ huwa tassew qawl mill-isbaħ f’termini biex jinbnew relazzjonijiet b’saħħithom. Għalkemm dan ifisser li mara tista’ tirbaħ il-qalb ta’ xi ħadd permezz ta’ ikliet eċċellenti. Tirreferi wkoll għall-idea li biex iżżomm żwieġ b’saħħtu, mara trid tipprovdi regolarment lil żewġha ikel imsajjar tajjeb.

Barra minn hekk, f’termini ta’ ħajja tal-familja, din tista’ tirreferi għall-għaqda madwar il-mejda għall-ikel kull filgħaxija jew għall-inqas fl-ikla tal-Ħadd.

Ningħaqdu ma’ xulxin

L-ikel flimkien hija tradizzjoni importanti ħafna li tgħinna nnaqqsu r-ritmu tal-ħajja u ningħaqdu ma’ xulxin, tipprovdi opportunità biex ngħinu lil xulxin u niżviluppaw bħala individwi. Li tingħaqad mal-familja jew mal-ħbieb, fuq bażi regolari jew għall-inqas darba fil-ġimgħa, hija ta’ għajnuna kbira biex noħolqu memorji ta’ ħajjitna.

Ikla tistaʼ tipprovdi biżżejjed ħin għall-membri tal-familja biex jitkellmu u jiftħu qalbhom ma’ xulxin. Se jkun hemm diversi kwistjonijiet li jistgħu jiġu osservati jew jinħassu waqt li niddiskutu r-rutina tal-ħajja tagħna fostna. Kull soluzzjoni tibda billi tiftaħ qalbek u taqsam li hemm f’moħħok ma’ ħaddieħor, u din taħdem bħala nifs u wieħed iħossu jerġa’ jgħix waqt li jaqsam il-problemi, l-ideat, l-emozzjonijiet u s-sentimenti tiegħu ma’ xulxin.

Il-familji nukleari jew estiżi

Karatteristika importanti ta’ dawn l-ikliet hija l-ġabra li ġġib l-għaqda u l-aċċettazzjoni fost il-familji u li tħallina naqsmu l-ħsibijiet u l-problemi ma’ xulxin. Jekk xi ħadd ikollu bżonn il-membri tal-familja jkunu l-ewwel li joffru l-appoġġ tagħhom. Is-sistema tal-familja nukleari wasslitna f’xifer fejn irridu nonfqu fuq l-istess komoditajiet iżda separatament, li żiedet fl-ispejjeż tagħna. Il-membri tal-familji estiżi kienu jgħixu qrib ħafna ta’ xulxin, filwaqt li llum il-ġurnata, kollha marru joqogħdu f’postijiet differenti. Il-globalizzazzjoni żiedet il-parti tagħha biex ittellaq lill-għeżież minn bliet differenti għal diversi pajjiżi anke lejn kontinenti diversi. Dan il-bogħod ukoll ġab ħafna sfidi għall-familji.

Il-ħtieġa ta’ żminijietna

L-anzjani ħafna drabi jispiċċaw fid-djar tax-xjuħ u t-tfal żgħar jgħaddu l-ġurnata tagħhom fiċ-ċentri ta’ kura. Fil-każ ta’ adolexxenti, huma jitħallew weħidhom fid-dar bil-periklu tal-midja soċjali u l-apparat teknoloġiku li ħallew ukoll impatt negattiv fuqhom. Wasslithom biex iżommu ’l bogħod mill-ġenituri; u s-sbuħija tal-għaqda f’familja tidher nieqsa ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Il-ħtieġa urġenti taż-żmien hija li nibdew naqsmu l-mumenti flimkien. Żjarat frekwenti lil xulxin se jġibu lill-membri tal-familja flimkien u jgħinuhom javviċinaw lil xulxin f’suġġerimenti jew esplorazzjoni ta’ ideat ġodda. Toqgħodx lura u ċempel lil xi ħadd mill-familja tiegħek u stedinhom fuq kikkra te jew kafè biex tgħożżu l-memorji sbieħ u tiddiskutu ideat għal futur tajjeb flimkien. Bla dubju ta’ xejn l-ikel flimkien hija tradizzjoni sabiħa li ġġib ferħ, għaqda, kuntentizza, saħħa u sliem.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.