From the Cradle to the Grave

MIN-NIEQA SAL-QABAR

Laiq Ahmed Atif | It-Torċa | Sunday 05 March | amjmalta@gmail.com

Jien personalment dejjem insib kelma tal-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, sabiħa ħafna, li tmiss il-qalb u prinċipju tad-deheb fir-rigward tal-kisba tal-għarfien u l-edukazzjoni. Huwa qal: “Fittxu l-għarfien min-nieqa sal-qabar.”

Nifhmu wkoll l-importanza tal-edukazzjoni mill-fatt li kull sena jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni fl-24 ta’ Jannar madwar id-dinja biex jintroduċi l-importanza tal-edukazzjoni. L-edukazzjoni tas-subien u l-bniet għal futur aħjar tagħhom hija kritika ħafna. Hija l-ħtieġa tas-soċjetà tagħna u r-responsabbiltà ta’ omm, missier, u anke membri oħra tal-familja li jrawmu lil uliedhom għalkollox b’modi aħjar. Biex tqatta’ ftit ħin ta’ kwalità mat-tfal regolarment u ż-żamma tagħhom maħdumin ma’ xulxin huwa importanti ħafna biex jibnu l-personalità u l-karattru tagħhom.

Id-dinja tal-lum

Il-kwistjonijiet li niffaċċjaw fid-dinja tal-lum ta’ tensjoni, solitudni, nuqqas ta’ kuntentizza, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, kunflitti ta’ relazzjonijiet, addiction u ħafna aktar għandhom jiġu ffaċċjati b’kuraġġ. Relazzjoni b’saħħitha tal-koppja miżżewġa huwa eżempju lit-tfal biex isiru membri aħjar tas-soċjetà u mhux se jħallihom fix-xejn. Eżempji tal-ġenituri huma importanti ħafna għal uliedhom.

L-għarfien huwa l-grazzja

L-edukazzjoni u l-għarfien huma ċ-ċavetta tas-suċċess. L-Iżlam u l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, enfasizzaw immensament fuq it-tiftix tal-għarfien. Wieħed jista’ jifhem l-importanza ta’ dan is-suġġett mill-fatt li fil-Koran Imqaddes l-għarfien ġie deskritt bħala “il-grazzja kbira ta’ Alla”. Iżjed minn hekk il-Koran jgħallimna talba li għandna biex nitolbu ta’ spiss sabiex nikbru fit-tagħlim, fl-edukazzjoni u fl-għarfien. It-talba hija: “O Sidi, kabbarni fl-għarfien.” (20:115)

Il-Koran Imqaddes jenfasizza wkoll l-importanza tal-għarfien għax dan ikattar l-imħabba u l-biża’ ta’ Alla. Il-Koran Imqaddes iħeġġeġ lill-fidili kollha biex jaħsbu, josservaw, jirriflettu u jħaddmu l-fakultajiet razzjonali tagħhom għax l-għarfien iġib il-fehim.

Fittxu l-għarfien

Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, ta ħafna importanza għal li wieħed ikompli jakkwista l-għarfien u qal: “Fittxu l-għarfien anki jekk dan jinsab f’pajjiż ’il bogħod ħafna bħaċ-Ċina.”

L-edukazzjoni hija l-proċess li jitħaffef it-tagħlim, l-akkwist tal-għarfien, il-valuri u l-virtujiet. Hija tgħin fit-titjib ta’ individwi madwar id-dinja. Huwa mod aktar affidabbli biex in-nies jiksbu għarfien, jitgħallmu ħiliet u valuri morali. Abbiltajiet kritiċi inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet, kapaċità mentali, is-sejbien ta’ soluzzjoni għall-problemi, u ħsieb loġiku huma żviluppati bl-edukazzjoni. Imma nitgħallmu ħafna ħiliet u lezzjonijiet tal-ħajja bl-esperjenza u min-nies ta’ madwarna.

Kemm fil-ħajja personali kif ukoll professjonali, in-nies jiltaqgħu ma’ sfidi. F’ċirkustanzi bħal dawn, is-saħħa tal-edukazzjoni u għarfien personali (self-awareness) jiddeterminaw il-kapaċità tagħhom li jagħmlu ġudizzji loġiċi u edukati.

L-iżvilupp personali

L-edukazzjoni tal-valuri hija komponent kruċjali tal-iżvilupp personali li tistinka biex tiżviluppa l-valuri u l-attitudnijiet tajbin tal-istudenti, kif ukoll il-provista ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim sinifikanti. L-għan bażiku tal-edukazzjoni huwa li jipprovdi lin-nies l-opportunità li jiksbu l-informazzjoni u l-ħiliet li jeħtieġu biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jikkontribwixxu b’suċċess lis-soċjetà.

Hija r-responsabbiltà ewlenija tal-ġenituri, speċifikament l-ommijiet li jipprovdu l-għarfien bażiku u l-ħiliet tal-ħajja lit-tfal tagħhom biex isiru membri effettivi tas-soċjetà. It-taħriġ tat-tfal jibda anki qabel it-twelid waqt li l-omm tinteraġixxi mal-ambjent pożittiv ta’ madwarha. Matul it-tqala, il-qari, il-kitba, il-ħsieb, is-smigħ anke l-ikel għandhom impatt fuq il-personalità tat-tfal.

L-edukazzjoni tal-bniet

L-edukazzjoni mhix importanti għas-subien biss, kif kienu jaħsbu fil-passat, imma skont l-Iżlam hija qiegħda fuq l-istess livell ta’ importanza, u l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal: “Huwa l-obbligu ta’ kull raġel Musulman u ta’ kull mara Musulmana li jiksbu l-għarfien.”

L-edukazzjoni tal-bniet għandha aktar importanza milli tas-subien fir-rigward tal-obbligu tat-taħriġ tal-ġenerazzjoni li jmiss jew tal-bini tan-nazzjon tal-futur. It-tfal fi tfulithom qed iqattgħu aktar ħin ma’ ommijiethom u jintrabtu magħhom. Jitgħallmu affarijiet bla ma jkunu jafu billi jkunu mal-omm, missier, aħwa, qraba, oġġetti jew affarijiet fid-dar, eċċ. Ambjent san fid-dar u edukazzjoni stmata jifformalizzaw il-karattru morali tat-tfal.

Għalhekk, il-ġenituri għandhom irwol importantissmu f’dan ir-rigward u dan il-proċess ta’ tagħlim li jibda mill-benniena u għandu jkompli sal-qabar; il-ksib tal-edukazzjoni u tal-għarfien huwa l-proċess kontinwu li għandu jkompli min-nieqa sal-qabar.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya, Ahmadiyya Malta, Ahmadiyya: The True Islam, www.Ahmadiyya.mt and tagged , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.