PAĊI FI DJARNA
Kull bniedem għaqli jixtieq li jkollu paċi, armonija, imħabba u serenità f’daru. Imma kif nistgħu niksbu l-paċi dejjiema, u kif nistgħu ngħożżu atmosfera trankwilla bħal din fi djarna? Il-Fundatur tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana spjega dan fil-qosor u qal:
“Jekk intom tixtiequ li tibqgħu protetti u jkollkom il-paċi fi djarkom, huwa d-dmir tagħkom li titolbu ħafna u timlew djarkom bis-supplikazzjonijiet u bit-talb. Alla Omnipotenti ma jeqridx dar fejn it-talb huwa offrut kontinwament u regolarment.” (Malfużat [1984], Vol. 5, p. 319)
Huwa l-fatt u l-Koran Imqaddes jagħmilha ċara li, “Alla jħobb lil dawk li jduru lejH” (2:223) u li, “Żgur, Alla jħobb lil dawk li jpoġġu l-fiduċja tagħhom fiH” (3:160).
Għalhekk, huwa importanti ħafna li dejjem inżommu lilna nfusna impenjati fit-talb, u nimlew kull kamra u kull rokna ta’ djarna bit-talb u bis-supplikazzjonijiet. Nimlew qlubna u djarna b’Isem il-Mulej tagħna sabiex kull ħaġa ssir imbierka; u sabiex kull rokna ta’ djarna u ġisimna ssir manifestazzjoni vera tal-imħabba ta’ Alla. Jiena nemmen b’qalbi kollha li l-paċi ma tinstabx fis-setgħa jew l-għana, iżda pjuttost il-paċi tinsab fil-benniena u fit-tifkira ta’ Alla Omnipotenti.