Sagri, Huma Kollha Sagri!

http://www.it-torca.com/ Il-Ħadd 9 ta’ Jannar 2011

Meta nistudjaw reliġjonijiet differenti naraw li hemm ħafna affarijiet komuni bejniethom; fosthom huwa t-talb u l-qima lil Alla, li jista’ kollox – il-Ħallieq tal-univers tagħna. Kull reliġjon, ikun xi jkun, jenfasizza ħafna dwar il-qima. U jekk nidħlu fid-dettall insibu li bla talb u qima lil Alla – il-Ħanin, reliġjon ma tkunx reliġjon vera; għax il-qima lill-Ħallieq hija l-pillastru bażiku tar-reliġjonijiet kollha.

Id-differenza hija biss, il-mod ta’ qima. Xi wħud jitolbu bilwieqfa u xi wħud jitolbu bilqiegħda. Xi wħud jitolbu għarrkopptejhom u xi wħud ibaxxu rashom b’tislima. Xi wħud jieqfu quddiem l Alla b’idejhom marbuta u xi wħud b’idejhom miftuħa.

It-tempji, is-sinagogi, il-knejjes u l-moskej huma l-bini li qed jiġu mibnija bi iskop għat-talb u l-qima. Il-Lhud jitolbu fis-sinagogi, l-Insara fil-knejjes u l-Musulmani fil-moskej. Dawn huma l-postijiet li jssejħu differenti imma l-iskop huwa komuni u dak huwa l-qima lill-Ħallieq. Kull post tat-talb huwa sagru u qaddis, għalhekk kull post tassew jistħoqqlu rispett u unur.

Imma, sfortunatament naraw nuqqas rapidu fir-rispett lejn dawn il-postijiet sagri. Hemm nies li jaħsbu li r-rispett lejn il-postijiet reliġjużi tagħhom huwa biżejjed u ma għandhomx il-ħtieġa li juru l-unur u r-rispett lejn il-postijiet tar-reliġjonijiet l-oħra. Jien, bla dubju ta’ xejn, nemmen li kull post sagru, ikun xi jkun, huwa jistħoqqlu r-rispett u l-unur. U dan huwa d-dover tagħna, ta’ kull persuna, li tirrispetta l-postijiet sagri irrispettivament id-denominazzjoni tagħhom.

Hemm ukoll xi pajjiżi Musulmani li ma jippermettux il-bini tal-knejjes f’pajjiżhom. Dan huwa verament kontra t-tagħlim Iżlamiku: “Mhemmx sfurzar fir-reliġijon.” (2:257) “Intom għandkom ir-reliġjon tagħkom, u jien għandi r-reliġjon tiegħi” (109:7)

Dan ifisser li ħadd ma għandu dritt li jisforza oħrajn sabiex jemmnu l-idea reliġjużi tiegħu. Kull wieħed għandu l-libertà li jagħżel, jemmen u jipprattika r-reliġjon li jixtieq. Dan jirreferi wkoll għad-dritt fundamentali li kull persuna għandha biex tibni maqdes skont il-fidi tagħha.

Bi sfortuna kbira, naraw ukoll attakki fuq il-postijiet reliġjużi f’xi pajjiżi. Fil-ġranet riċenti rajna attakki fuq il-knejjes fil-pajjiżi Musulmani. F’Settembru li għadda kien hemm attakk fuq knisja fl-Indoneżja, kif ukoll knisja f’-Mardan, fil-Pakistan ġiet attakkata. F’Novembru kien hemm attakki ħorox ħafna fuq knisja fl-Iraq fejn 58 persuna ġew maqtula.

Aħna nikkundannaw dawn l-attakki kollha. Dawn l-attakki kienu kontra t-tagħlim Koraniku u l-Iżlam ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni dwar dawn l-attakki ħorox. Imma, għall-kuntrarju l-Iżlam jgħallem lill-Musulmani biex jirrispettaw u jassiguraw il-postijiet reliġjużi ta’ kull reliġjon, u dan huwa d-dover ta’ kull Musulman kif ukoll ta’ kull pajjiż li jħaddan l-Iżlam. Il-Koran Imqaddes semma li dan huwa d-dmir tal-Musulmani biex jassiguraw is-sinagogi u l-knejjes jekk jiġu attakkati qabel jiddefendu l-moskej tagħhom. Alla jgħid fil-Koran:

“Dawk li tkeċċew minn djarhom inġustament għaliex stqarrew: ‘Sidna huwa Alla!’ U li kieku Alla ma tefax lura xi nies bil-għajnuna ta’ nies oħra kieku tabilħaqq kienu jiġġarrfu kunventi (sħaħ) knejjes, sinagogi u moskej li fihom jissemma u jitfakkar ħafna Isem Alla.” (22:41)

Dan il-vers juru biċ-ċar li meta l-Musulmani ġew mogħtija l-permess għall-ġlied difensiv dan sar sabiex ikunu jistħgu jipproteġu l-postijiet reliġjużi, per eżempju s-sinagogi, il-knejjes u l-moskej.

Fiċ-Charter indirizzata lill-Insara li jgħixu bħala ċittadini fil-pajjiżi Musulmani, il-Fundatur tal-Iżlam enfasizza li l-knejjes qatt ma jiġu attakkai. U f’ħajtu, qatt ma kien hemm post reliġjuż wieħed li ġie attakka.

Jien nemmen li l-bniedem għandu d-dritt li jemmen fir-reliġjon li jixtieq, u nemmen li huwa importanti li nirrispettaw lil xulxin u l-libertà reliġjuża tagħna. Dan se jkun pass pożittiv biex nistabbilixxu l-paċi u l-armonija bejnietna.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.org.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: 356-79320139 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in www.ahmadija.org.mt. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s