IR-RIGAL PREZZJUŻ
Id-dinja moderna ġabet ħafna sfidi għall-bnedmin. Minħabba l-invenzjonijiet ġodda t-tniġġis fl-arja żdied ħafna. Għalhekk huwa importanti ħafna li nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Waħda mis-soluzzjonijiet hi li nibdew inħawlu ħafna siġar kemm nistgħu f’kull rokna ta’ pajjiżna.
Hawn irrid nikteb l-istorja li qrajt ħafna snin ilu, iżda l-messaġġ tagħha huwa importanti l-istess illum kif kien qabel, anki aktar minn qatt qabel.
Qrajt li darba waħda r-re ta’ xi pajjiż kien għaddej minn qalb l-għelieqi u ra raġel li kien xiħ ħafna u li kien qed ħawwel siġra. Ir-re kien sorpriż u mar ħdejh u qallu:
‘‘Għal xiex inti qed tħawwel din is-siġra?’’
Ir-raġel qal: ‘‘Għall-frott, għall-kenn, għall-ossiġnu u għall-arja safja.’’
Ir-re qal: ‘‘Int taf li inti raġel xiħ ħafna u ma tafx kemm se tgħix aktar, hu possibbli li tmut qabel din is-siġra tikber, issir siġra kbira u tibda tagħti l-frott u l-kenn.’’
Ir-raġel qal: ‘‘Maestà! Din is-siġra mhux għalija. Naf li aktarx immut fil-futur qrib iżda rrid li nħalli xi ħaġa tajba lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajja u nagħti rigal ta’ valur kbir lin-nies li ġejjin warajja.”
U kompla jgħid li: ‘‘Din se tkun karità u rigal minni għas-snin li ġejjin, u se nirċievi l-barkiet ta’ Alla sa dak iż-żmien li din is-siġra se tibqa’ tagħti benefiċċji lin-nies.’’
Din l-istorja għandha messaġġ sabiħ wisq li l-għemejjel tajba ma jispiċċaw qatt u jibqgħu għal dejjem. Is-siġar huma wkoll rigal mill-isbaħ li wieħed jista’ jagħti lit-tfal ta’ għada.