Parir ta’ Missier

Noor-Ul-Hudah Khan, Avukat | Id-Dawl 45

Kmieni din is-sena tlift lil missieri minħabba l-COVID-19. Minkejja li t-telfa ġabet magħha ħafna wġigħ, mumenti bħal dawn ifakkruna fir-rieda ta’ Alla u l-pjanijiet kbar Tiegħu. Imma filwaqt li qiegħed bilqiegħda hawn illum, ma nistax ma nirriflettix dwar il-lezzjonijiet importanti tal-ħajja li għallimni missieri.  

IT-TIFKIRA TA’ ALLA

Waħda mill-aqwa affarijiet li għallimni missieri hija li tkun kemm tkun bieżla l-ħajja u tkun kemm tkun stressanti, aħseb dejjem f’Alla u sib ħinijiet fil-ġurnata fejn tista’ titlob lil Alla Omnipotenti. 

IL-MODESTJA

Missieri wrieni kemm irridu nagħtu importanza fil-ħajja lill-modestja. Huwa għallimni li jiena rrid nikkontrolla l-modestja tiegħi. Waħda mill-aktar lezzjonijiet importanti kienet kif l-apparenza tiegħek tinfluwenza l-perċezzjoni tan-nies tiegħek innifsek. 

Qatt ma sfurzani biex nilbes xi ħaġa, imma ħallieni nifhem waħdi l-għażliet li kelli bżonn nagħmel. L-inkoraġġiment tiegħu biex jiena nieħu d-deċiżjonijiet għalija nnifsi mlieni bil-kunfidenza biex jiena nimxi fis-soċjetà mingħajr ma nħossni insigura u mkażbra.

L-EDUKAZZJONI

Missieri għallimni kemm huwa importanti għal tifla biex ikollha edukazzjoni tajba. Qatt ma għamel differenza bejn uliedu s-subien u bintu. Kien kontinwament jinkoraġġini u dejjem kien maġenbi biex jara li jien nieħu l-aqwa edukazzjoni u dejjem xtaq li jien immur tajjeb bħal uliedu s-subien.  

Minkejja li jiena kont l-iżgħar u l-unika tifla, u kont imfissda xi naqra, kont mgħallma wkoll biex nieħu ħsieb tiegħi nnifsi u nżomm l-indipendenza tiegħi. Għallimni li minkejja l-għajnuna dejjiema tal-familja, għandek dejjem tkun preparata biex taffaċċja waħdek kull ostaklu li jista’ jinqala’.

IL-KARITÀ

Qatt m’għandek tgħid le lil xi ħadd fil-bżonn. Missieri kien bniedem ġeneruż ħafna. Dejjem għallimna li anki jekk ikollna nissagrifikaw wieħed mill-bżonnijiet tagħna, qatt ma għandna niċħdu lil xi ħadd fil-bżonn. Anki jekk ma tkunx tista’ tgħin kompletament dejjem ipprova agħmel ħiltek biex tgħin kemm jista’ jkun possibbli, għax kull qatra tgħodd. Dejjem għallimna biex nieħdu ftit minn dak li naqilgħu biex nagħtu lil min ikollu bżonn, għax aħna bħala bnedmin irridu nħarsu d-drittijiet ta’ kulħadd u nieħdu ħsieb lil xulxin kemm nistgħu.

B’hekk kif qiegħed naħseb fuq dawn l-affarijiet, ninsab rikonoxxenti għall-ħin kollu li qattajt ma’ missieri. Għal-lezzjonijiet sbieħ tal-ħajja li ħallieli. Għalkemm it-telfa tiegħu ħallietli vojt enormi f’qalbi, ninsab grat għall-wirt li ħalla u nitlob li nkun nista’ naġixxi fuq l-għemejjel tajba kollha tiegħu.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.