IN-NISA FL-IŻLAM
Fiż-żminijiet tal-lum, insibu li tingħata importanza kbira lid-drittijiet tan-nisa. Ħafna għaqdiet jaħdmu għad-drittijiet tan-nisa kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali; tnedew liġijiet ġodda, u konferenzi u kampanji għal aktar għarfien jinżammu fuq bażi regolari.
Bl-istess mod, insibu li r-reliġjon, partikolarment l-Iżlam, hija meqjusa b’mod falz bħala oppressur tan-nisa li ma jħarisx id-drittijiet tagħhom. Minħabba f’hekk, issir ħafna kritika inġusta kontra t-tagħlim Iżlamiku, u bi ftit eżempji ta’ stejjer ta’ nisa Musulmani, l-Iżlam bħala reliġjon ma jiġix mifhum u jidher li jittratta n-nisa inġustament. Dawn il-fehmiet żbaljati jinbtu minħabba li t-tagħlim veru tal-Iżlam ma jiġix mifhum sewwa jew jgħawġu t-tifsir tiegħu.
Fil-verità, l-Iżlam mingħajr riservi ssodisfa u pproteġa d-drittijiet tan-nisa fis-sitwazzjonijiet u l-postijiet kollha. Il-persuna li l-aktar li ħares id-drittijiet tan-nisa huwa l-fundatur tal-Iżlam, il-Qaddis Profeta Muħammad, il-paċi tkun fuqu.
Reċentement, xi ħadd semma t-taħbil li għandu dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-Iżlam u talab lill-Qdusija Tiegħu, Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, il-Kap Dinji tal-Ahmadiyya Muslim Jamaat, biex jiggwidah fuq xi wħud mill-kmandamenti Iżlamiċi. Il-Qdusija Tiegħu ta dawn it-tweġibiet għall-kwistjonijiet imqajma.
L-UGWALJANZA
Id-diffikultajiet li inti semmejt fl-ittra tiegħek qamu minħabba n-nuqqas ta’ għarfien dwar it-tagħlim Iżlamiku u n-natura umana. L-Iżlam qatt ma afferma li l-irġiel u n-nisa huma assolutament ugwali f’kull sens. Barra l-Iżlam, saħansitra n-natura umana tiċħad din l-idea li l-irġiel u n-nisa jiġu kunsidrati ugwali f’kull sens. Fil-verità, l-Iżlam jgħallem li bħalma Alla Gglorifikat jagħti l-barkiet u l-benedizzjonijiet lill-irġiel bħala riżultat tal-għemejjel tajba tagħhom, bl-istess mod Huwa jagħmel lin-nisa werrieta tal-barkiet u l-benedizzjonijiet Tiegħu. Għalhekk, Huwa jistqarr:
“B’hekk il-Mulej sema’ talbhom, u qal, ‘M’iniex se nħalli x-xogħol ta’ kull wieħed minnkom, ikunx raġel jew mara, li jintilef. Intom tiġu minn xulxin. Għaldaqstant, dawk li emigraw, u li tkeċċew minn djarhom, u ġew ippersegwitati minħabba Fija, u li ssieltu u li nqatlu, jiena żgur li naħfrilhom dnubiethom u nġagħalhom jidħlu fil-Ġonna mnejn jgħaddu x-xmajjar – premju mingħand Alla, għax ta’ Alla huma l-aqwa premjijiet.’” (Il-Koran, 3:196)
IT-TESTIMONJANZA TAN-NISA
Dwar ix-xhieda tal-irġiel u tan-nisa, fi kwistjonijiet li jirrigwardaw lill-irġiel u mhumiex relatati direttament man-nisa, jekk l-irġiel maħtura biex jixhdu ma jkunux disponibbli, mela r-raġuni li jinħatru żewġ nisa flimkien ma’ raġel tkun li l-kwistjonijiet ma jkunux direttament relatati man-nisa. B’hekk, jekk waħda tinsa d-dettalji tat-testimonjanza tagħha, l-oħra tkun tista’ tfakkarhomlha.
Fi kliem ieħor, anki f’dan ix-xenarju, ix-xhieda proprja tkun ta’ mara waħda biss. It-tieni mara tkun maħtura biss bħala miżura ta’ prekawzjoni biex tfakkar lill-oħra jekk tinsa xi ħaġa għaliex il-kwistjonijiet ma jkunux jolqtu lilha direttament. Is-silta mill-Koran Imqaddes issostni dan l-arranġament. Għaldaqstant, Alla jgħid:
“Intom li temmnu! Meta tissellfu mingħand xulxin għal perjodu fiss, mela iktbu kollox… U sejħu żewġ xhieda minn fost l-irġiel tagħkom; u jekk żewġt irġiel ma jkunux disponibbli, mela raġel u żewġ nisa, minn dawk li tixtiequ intom bħala xhieda, ħalli jekk waħda minnhom tfallilha l-memorja, l-oħra tkun tista’ tfakkarha.” (Il-Koran, 2:283)
Dwar il-kwistjonijiet li huma direttament relatati man-nisa, huwa kkonfermat mill-Hadith (diskors) li l-Qaddis Profeta Muħammadsaw issepara koppja miżżewġa fuq il-bażi ta’ xhieda ta’ waħda mara li stqarret li kkurat lit-tifel u lit-tifla fit-tfulija tagħhom. Hekk, Ħażrat Uqbahra bin Harith jafferma li kien iżżewweġ lit-tifla ta’ Abu Ihab bin Aziz. Aktar tard, mara resqet fuqu u qaltlu, “Jiena kkurajt lil Uqba u lill-mara li żżewweġ. (Għalhekk, huma aħwa fosterjati u ż-żwieġ tagħhom ma jgħoddx.)” Uqba qalilha, “Ma kontx naf li inti kkurajtni u lanqas infurmajtni minn qabel dwar dan.” Imbagħad Uqbah rikeb iż-żiemel u mar ifittex lill-Messaġġier ta’ Alla (il-Qaddis Profeta Muħammadsaw) f’Medina; u staqsieh dwar il-kwistjoni (li nqalgħet). Il-Messaġġier ta’ Allasaw qallu, “Kif tista’ żżommha bħala martek meta ntqal [li hija oħtok iffosterjata]?” B’hekk, Uqba ddivorzjaha u hija żżewġet raġel ieħor. (Sahih al-Bukhari, Kitab al-Ilm, Bab ar-Rihlati fil Mas‘alah al-Nazilati wa Ta‘lim-i-Ahlihi)
ID-DIVORZJU
M’hemm l-ebda differenza bejn it-talaq (divorzju mill-irġiel) u l-khula (divorzju min-nisa). Anzi, huwa favur l-Iżlam li mhux biss ta d-dritt lill-irġiel li jieħdu d-divorzju, iżda ta wkoll id-dritt in-nisa li jiksbu l-khula. L-irġiel u n-nisa ngħataw l-istess drittijiet f’dan il-qasam ukoll. Meta raġel jiddivorzja minn ma’ martu, huwa obbligat li jagħtiha l-flejjes kollha dovuti lilha.
Barra minn hekk, ma jistax jieħu lura dawk il-flejjes li hu jkun taha qabel. Bl-istess mod, kull meta mara tikseb il-khula, mingħajr l-ebda ħtija min-naħa ta’ żewġha, hija obbligata li tħallas lura xi flejjes bħall-flus tad-dota, eċċ. Madanakollu, jekk jinstab li l-mara qed takkwista l-khula minħabba xi ħtija min-naħa ta’ żewġha, imbagħad il-mara tingħata l-benefiċċju addizzjonali taħt dawn iċ-ċirkostanzi li tibqa’ sidt id-dota tagħha. Madankollu, id-deċiżjoni dwar dan tittieħed minn Dar-ul-Qaża (il-Bord tal-Arbitraġġ) wara li tkun saret investigazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha.
KWISTJONIJIET RELATATI MAŻ-ŻWIEĠ
Fi kwistjonijiet bħaż-żwieġ fost il-Poplu tal-Ktieb, il-bżonn li jkun hemm wali (protettur) u l-permess għall-poligamija, hawn, fil-fatt, ġew ikkunsidrati s-sigurtà, id-dinjità u l-unur tan-nisa.
Alla Gglorifikat b’mod ġenerali għamel lin-nisa aktar delikati u li jimpressjonaw ruħhom malajr hija parti min-natura tagħhom. Għaldaqstant, billi mara Musulmana ma tistax tiżżewweġ raġel mill-Poplu tal-Ktieb, il-fidi tagħha tkun imħarsa. Fejn jidħlu l-kwistjonijiet matrimonjali barra r-rieda tax-xebba, tenħtieġ ukoll l-aċċettazzjoni tal-wali.
Barra l-ħafna benefiċċji ta’ dan, skop ieħor huwa li jiġi pprovdut ajjutant u protettur lill-mara ħalli wara ż-żwieġ tagħha, il-kunjati tagħha jaċċertaw ruħhom li mhijiex waħidha u li hemm xi ħadd li qed jipproteġi l-interessi tagħha.
Meta l-Iżlam jippermetti lin-nisa li jiżżewġu raġel wieħed biss f’ħin wieħed (once at a time), ikun qiegħed jippreserva l-qdusija tagħhom. L-Iżlam niżżel dan il-kmandament għax jaqbel eżatt man-natura umana u mal-għira protettiva (ghairah) li hija intrinsika għall-bniedem. (Ħażrat Mirża Masroor Aħmadaba, Al Hakam, 13 ta’ Novembru 2020)