Don’t judge a book by its cover

TIĠĠUDIKAX KTIEB MILL-QOXRA

Meta naqraw gazzetti u ġurnali li qed jiġu ppubblikati madwar id-dinja nsibu li ħafna drabi l-Iżlam bħala reliġjon qed jiġi mmirat bħala reliġjon tal-imgħoddi li ċċaħħad lin-nisa mid-drittijiet bażiċi tagħhom.

Il-mistoqsija hi, dawn il-kittieba qatt qraw it-tagħlim Iżlamiku, jew iċċekkjaw it-tagħrif jew l-opinjonijiet tagħhom bis-sorsi bażiċi tat-tagħlim Iżlamiku – il-Koran Imqaddes u l-prattiki tal-Qaddis Profeta Muħammadsaw?

Il-ġustizzja vera teħtieġ li m’għandniex niġġudikaw il-ktieb mill-qoxra tiegħu, imma rridu nħarsu lejh, irridu naqraw il-ktieb fid-dettalji, fil-kuntest veru tiegħu, biex nifhmu l-filosofija u r-raġuni wara tagħlim bħal dan.

Għalhekk, nixtieq nissuġġerixxi umilment lill-qarrejja tagħna li qabel ma niffurmaw xi opinjoni, huwa rrakkomandat li naqraw il-Koran Imqaddes u l-ħajja tal-Fundatur tal-Iżlam, il-Qaddis Profeta Muħammadsaw, biex nifhmu t-tagħlim veru tal-Iżlam. Biex insibu tagħlim Iżlamiku dwar in-nisa, u biex insibu kif in-nisa huma trattati fl-Iżlam.

F’din l-edizzjoni u ta’ Novembru se niddiskutu s-suġġett tad-drittijiet tan-nisa, u qed nippreżentaw tweġibiet għal uħud mill-mistoqsijiet importanti dwar “in-nisa fl-Iżlam”.

About Laiq Ahmed Atif

www.ahmadiyya.mt E: amjmalta@gmail.com Mob: +35679655255 twitter.com/ahmadiyyamalta www.facebook.com/ahmadiyyamalta www.youtube.com/user/AhmadiyyaMalta
This entry was posted in Ahmadiyya Malta and tagged , , , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.